top of page
owen@owenbonnici.com
2180 2000 - 9946 5436


It-tnedija uffiċjali tal-programm tal-Milied ta’ din is-sena fil-Belt Kapitali
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, is-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay, l-artist Henry Galea u t-tim tiegħu, u l-preżentaturi ta’ Bay Radio Jamie u Taryn, nedew uffiċjalment il-programm tal-Milied ta’ din is-sena fil-Belt Kapitali waqt ċerimonja li matulha nxtegħlu wkoll id-dwal fit-toroq ewlenin tal-Belt, kif ukoll inxtegħlet is-Siġra tal-Milied. L-attività
Nov 26, 20252 min read


Inkomplu ninvestu fil-festa Maltija: Skema ġdida ta’ għajnuna fuq self bankarju għall-każini tal-banda
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, nieda skema ġdida li se tnaqqas l-ispiża tas-self bankarju għas-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin. Din l-iskema, li għaliha ġew allokati €280,000, ġiet maħsuba sabiex tagħti lill-każini l-għodda biex iwettqu titjib essenzjali, rinnovazzjonijiet meħtieġa u proġetti li jgħinuhom isaħħu r-rwol tagħhom fil-komunità. Permezz ta’ din l-iskema, soċjetajiet mużikali li j
Nov 23, 20252 min read


Il-Valletta Baroque Festival jirritorna f’Jannar li ġej għall-14-il edizzjoni
Festivals Malta qed tniedi l-14-il edizzjoni tal-Valletta Baroque Festival li se ssir bejn it-8 u l-25 ta’ Jannar 2026. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Dr Owen Bonnici ħabbar id-dettalji tal-14-il edizzjoni tal-festival matul konferenza tal-aħbarijiet fis-Sala dei Cavalieri ġewwa l-Malta Society of Arts. “Il-Valletta Baroque Festival huwa xhieda ħajja ta’ kemm il-wirt kulturali tagħna kapaċi jibqa’ relevanti u jispira ġenerazzjonijiet ġodda. B’dan il-
Nov 22, 20253 min read


Miexi x-xogħol fi ġnien storiku ġewwa l-Qrendi
Il-Ġnien tal-Kmand fil-Qrendi, wieħed mill-aktar spazji storikament sinifikanti f’din il-lokalità, qiegħed jingħata ħajja ġdida permezz ta’ proġett ta’ restawr u riġenerazzjoni. Dan il-ġnien, li jmur lura għal żmien il-Kavallieri, kellu għal snin twal funzjoni kruċjali fl-immaniġġjar tal-ilma permezz tal-ġibjuni u s-sistema ta’ irrigazzjoni. Illum dan il-ġnien għandu valur kulturali u komunitarju uniku bħala spazju miftuħ. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lok
Nov 22, 20252 min read


Sistema ta’ dawl ġdida fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
Ġie inawgurat il-proġett ‘The New Light: Illuminating the sacred’, li qed jintroduċi sistema ta’ dawl moderna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann b’investiment ta’ aktar minn €400,000. Meta kien lest 60% biss tal-proġett, il-konsum tal-enerġija kien diġà naqas b’aktar minn nofs u għaldaqstant dan il-proġett qed jsaħħaħ l-effiċjenza enerġetika u fl-istess waqt jnaqqas l-ispejjeż. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-proġett jirrifletti
Nov 21, 20252 min read


Jingħata bidu għall-15-il edizzjoni tal-Festival ŻiguŻajg
Ingħata bidu għall-15-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Arti ŻiguŻajg għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, li se jsir fil-Belt Valletta, fil-Birgu u f’Għawdex sat-23 ta’ Novembru 2025. Għall-għaxart ijiem li ġejjin, it-tliet postijiet kollha se jingħataw il-ħajja bit-teatru, mużika, żfin, films, arti tal-puppets u esperjenzi interattivi li nħolqu esklussivament għal udjenzi żgħar u l-familji tagħhom. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici rrifl
Nov 20, 20252 min read


Inawgurat il-mafkar f’ġieħ l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici fi Pjazza Kastilja
• Il-Prim Ministru Robert Abela jinnota l-legat li ħalla Karmenu Mifsud Bonnici u li għadna ngħixuh sal-lum Fi Pjazza Kastilja, ġie inawgurat il-mafkar f’ġieħ l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici. F’ċerimonja li saret, il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif Karmenu Mifsud Bonnici kien avukat u politiku li dejjem ħaddan il-valuri tal-ġustizzja soċjali, l-integrità u l-umiltà. Qal li Karmenu Mifsud Bonnici tana l-aqwa ħaġa, ħinu. Spjega kif id-disponibbiltà tiegħu għan
Nov 12, 20253 min read


Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Budget li jkompli jinvesti fil-wirt intanġibbli ta’ pajjiżna
• Konkluż b’mod definittiv ix-xiri tas-sede tal-Banda King’s Own Valletta • Investiment totali ta’ €30 miljun biex jissaħħaħ il-wirt intanġibbli u t-tradizzjoni tal-Festa Maltija Ftit jiem wara l-preżentazzjoni tal-Budget 2026, il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali kkonkluda b’mod definittiv il-proċess tax-xiri tas-sede tal-Banda King’s Own tal-Belt Valletta. Din is-soċjetà kienet f’riskju reali u serju li tiffaċċja żgumbrament mis-sede tagħha minħabba s-
Nov 11, 20252 min read


Sal-aħħar ta’ din is-sena se jkunu ġew reġistrati aktar minn 73% tal-artijiet kollha li għaddew favur il-Gvern abbażi tal-Ftehim mas-Santa Sede
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici għamel żjara fl-Uffiċċju Konġunt, fejn iltaqa’ mal-amministrazzjoni u l-impjegati biex jara mill-qrib il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-1991 bejn il-Gvern ta’ Malta u s-Santa Sede sabiex proprjetà immobbli mhux meħtieġa mill-Knisja għal skopijiet pastorali tgħaddi għand il-Gvern biex tintuża għall-ħtiġijiet pubbliċi, partikolarment dawk soċjali. Din iż-żjara saret fil-kuntest tal-impenn
Nov 10, 20251 min read


Imnedija l-applikazzjonijiet għall-fond ta’ Rock’N Malta 2026 b’allokazzjoni totali ta’ miljun ewro
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda sejħa għall-applikazzjonijiet għall-fond ta’ Rock’N Malta għall-2026, fejn ġew allokati total ta’ €1,000,000 f’fondi sabiex jipprovdu għajnuna lill-organizzaturi, il-promoturi u l-artisti u bands ta’ avvenimenti tal-mużika rock. Dan il-fond għal darb’oħra qed jiġi amministrat minn Festivals Malta. Il-Ministru Bonnici qal, “Dan hu pass ieħor b’saħħtu biex inkomplunsaħħu x-xena tal-mużika rock f’pajji
Nov 5, 20251 min read


Proprjetà pubblika mogħtija b’titolu ta’ kera lill-Breeds of OriginConservancy sabiex tintuża bħala sit nazzjonali għar-riċerka, ir-riġenerazzjoni u l-konservazzjoni
Proprjetà pubblika li hija taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet ġiet trasferita b’titolu ta’ kera għal ħmistax-il sena, lill-għaqda nongovernattivaBreeds of Origin Conservancy sabiex tintuża bħala sit ċentrali għar-riċerka, ir-riġenerazzjoni u l-konservazzjoni ta’ patrimonju kulturali intanġibbli marbut ma’ bhejjem indiġeni. Il-proprjetà tinsab fi Triq Delimara fil-limiti ta’ Marsaxlokk. Permezz ta’ dan it-trasferiment, din l-art f’Delimara, se tgħaqqad ir-riċer
Nov 4, 20252 min read


Konferenza Nazzjonali tesplora l-viżjoni għal Akkademja Nazzjonali tal-Arti Viżiva u Performattiva f’Malta
Il-Kunsill Malti għall-Arti, bħala parti mill-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u Gvern Lokali, flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, organizzawkonferenza bit-titolu ‘Shaping the Future: National Arts Education Conference’ – konferenza nazzjonali li ġabret partijiet ikkonċernati, edukaturi u prattikanti kulturali minn Malta u minn diversi pajjiżi Ewropej. Waqt il-konferenza ġew diskussa l-futur tal-edukazzjoni fl-art
Nov 3, 20253 min read


Ekonomija b’Saħħitha – Futur għal Uliedna: Proprjetà pubblika ttrasferita lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti biex isservi bħala s-sede tal-Qorti Kummerċjali
Ftit jiem wara l-preżentazzjoni tal-Budget 2026, il-Gvern ikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu lejn sistema ġudizzjarja moderna, effiċjenti u li tpoġġi liċ-ċittadin fiċ-ċentru, meta fformalizza t-trasferiment ta’ binja li se sservi bħala s-sede tal-Qorti Kummerċjali f’Triq Melita, il-Belt Valletta. L-iffirmar tat-trasferiment tal-binja kien ippresedut mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur t
Nov 1, 20252 min read


Jinsab miexi ġmielu l-proġett ta’ restawr fuq il-mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli żaru l-proġett ta’ restawr li jinsab għaddej fuq il-mitħna ta’ San Ġwann t’Ghuxa f’Bormla. Dan il-proġett, immexxi mid-Diviżjoni tar-Restawr u l-Preservazzjoni, beda f’Mejju ta’ din is-sena u hu maħsub li jkun lest fil-bidu tas-sena 2026. L-għan ta’ dan il-proġett hu li jagħti ħajja ġdida lil din il-mitħna li nbniet fl-1674 minn Nicolas Co
Oct 31, 20252 min read


Jaslu fi tmiemhom interventi ta’ konsolidament u restawr fuq it-Torri Storiku ta’ Għajn Tuffieħa
Tlesta x-xogħol ta’ konsolidament u restawr fuq it-Torri ta’ Għajn Tuffieħa mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni u b’hekk qed tingħata ħajja ġdida lil dan it-Torri li kien inbena fl-1637 u li kien wieħed mis-sensiela ta’ torrijiet kostalimibnija fi żmien il-Gran Mastru Lascaris bil-għan li tissaħħaħ id-difiża kostali Maltija kontra l-invażjonijiet tal-korsari. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “Il-ħarsien tal-wirt storiku tagħn
Oct 27, 20252 min read


Id-direttur tas-serje ‘Smallville’ f’Malta għal ġbid ta’ film ġdid ta’ Hallmark
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech żaru s-sett ta’ film ta’ avventura minn Hallmark, miġbud kolluf’Malta. Il-ġbid ta’ dan il-film ittieħed f’diversi rħula, bliet u bajjiet, inkluż il-pjazza ta’ Marsaxlokk, il-Birgu u l-Belt Valletta. Il-film Amerikan, taħt id-direzzjoni tad-direttur magħruf għas-serje ‘Smallville’ Kevin Fair, qed jinġibed kollu Malta matulix-xhur ta’ Settembru u Ottubru. Din pr
Oct 26, 20251 min read


Titnieda d-dsatax-il edizzjoni ta’ Żejt iż-Żejtun
‘Żejt iż-Żejtun’ hija ċelebrazzjoni folkloristika li taħbat fi żmien li jinġabar iż-żebbuġ kemm għas-salmura kif ukoll għall-għasir. Din is-sena ‘Żejt iż-Żejtun’, li waslet fid-19-il edizzjoni tagħha, ser issir is-Sibt, 25 ta’ Ottubru mis-7.00pm ’il quddiem u l-Ħadd 26 ta’ Ottubru sa nofsinhar. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli u s-Sindku tal-Kunsill Lokali taż-Że
Oct 24, 20252 min read


Jitlesta r-restawr tal-faċċati tal-Kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas fiż-Żejtun
Intemm b’suċċess il-proġett ta’ restawr tal-Kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas, Żejtun. Dan ir-restawr tal-kappella sar taħt l-iskema ta’ restawr miftuħa għall-Kunsilli Lokali u twettqet bis-superviżjoni tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni permezz ta’ ħaddiema u riżorsi tad-Dipartiment stess. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-proġett ta’ restawr huwa eżempju ċar ta’ kif l-investiment fil-wirt storiku tagħna jservi m
Oct 22, 20252 min read


Jirritorna ŻiguŻajg: Il-Festival tal-Arti ta’ Malta għat-tfal u ż-żgħażagħ fil-15-il edizzjoni tiegħu
ŻiguŻajg: Il-Festival tal-Arti ta’ Malta għat-Tfal u ż-Żgħażagħ jirritorna għal sena oħra, bi spettakli li se jsiru madwar il-Belt Valletta, l-Birgu u Għawdex. Dan il-festival jinsab fil-15-il edizzjoni tiegħu u se jittella’ mill-14 sat-23 ta’ Novembru 2025. Matul l-aħħar deċennju u nofs, ŻiguŻajg stabbilixxa ruħu bħala pedament tal-kalendarju kulturali ta’ Malta, li joffri produzzjonijiet ta’ klassi dinjija maħluqa speċjalment għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għall-familji tagħh
Oct 22, 20252 min read


Konferenza dwar il-Konvenzjoni ta’ Valletta f’għeluq it-30 sena
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ospitat id-19-il laqgħa tal-European Heritage Heads Forum (EHHF), fejn it-tema ċentrali kienet marbuta mat-tletin anniversarju ta’ meta ġiet fis-seħħ il-Konvenzjoni ta’ Valletta, magħrufa uffiċjalment bħala l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Wirt Arkeoloġiku. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici waqt l-indirizz tiegħu f’din il-konferenza spjega kif iċ-ċelebrazzjoni tat-tletin sena mill-Konven
Oct 22, 20252 min read
bottom of page