top of page
owen@owenbonnici.com
2180 2000 - 9946 5436


Malta Miegħek: Investiment ta’ €2 miljun matul is-sena 2027 għall-manutenzjoni u t-tisbiħ ta’ numru ta’ Housing Estates madwar il-pajjiż
Tibda r-rinnovazzjoni ta’ 4 blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni li għaddejjin fuq erba’ blokok residenzjali ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Gżira. Il-proġett, li jkopri 10 entraturi u 55 appartament, jinvolvi investiment ta’ €450,000 u jinkludi r-restawr u t-titjib tal-faċċati, is-soqfa u l-partijiet komuni tal-binjiet. Ix-xogħlijiet fuq il-faċċati bdew f’Lulju 2026 u huma mistennija
Nov 43 min read


Tisbiħ u rinnovazzjoni ta’ 16-il blokka residenzjali fiż-Żejtun li minnhom se jgawdu madwar 100 familja
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar proġett immexxi minn Housing Projects Solutions Ltd (HPS) li għaddejjin b’xogħlijiet ta’ tisbiħ u rinnovazzjoni fuq 16-il blokka residenzjali fiż-Żejtun, li jinkludu total ta’ 16-il entratura u 96 appartament, b’investiment ta’ €880,000. Il-Ministru Owen Bonnici qal li dan l-investiment huwa parti mill-ħidma kontinwa biex titjieb il-kwalità tal-akkomodazzjoni soċjali f’pajjiżna u li se jara li minnu se jgawdu madw
Nov 31 min read


Jibdew xogħlijiet ta’ konsolidazzjoni u restawr fuq binja tal-Gvern fil-Birgu bil-għan li tilqa’ fiha tliet appartamenti
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar binja tal-Gvern preżentament abbandunata fil-Birgu, li fuqha se jinbeda xogħol ta’ restawr li se jwassal biex tiġi mibdula fi tliet appartamenti. Dawn l-appartamenti la jitlestew se jiżdiedu mal-istock ta’ Housing units u se jintużaw għal skop ta’ akkomodazzjoni soċjali mill-Awtorità tad-Djar. Din id-dar tinsab f’6 u 7, Triq l-Antika, il-Birgu u se tara investiment ta’ €730,000. Waqt żjara fuq il-post, il-Mini
Oct 201 min read


Għaddejjin ix-xogħlijiet fuq proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Qrendi
Permezz ta’ dan il-proġett qed jinbnew 28 appartament ġdid u 14-il parkeġġ Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fil-Qrendi, li permezz tiegħu se jkunu qed jinbnew 28 appartament ġdid u 14-il parkeġġ, biex aktar familji jkollhom l-opportunità li jgħixu f’dar li toffrilhom sigurtà u stabbiltà. Waqt iż-żjara, il-Ministru Bonnici segwa l-progress tax-xogħlijiet, li jagħmlu parti mi
Oct 141 min read


Miexi ’l quddiem il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali b’69 appartament u 97 spazju għall-parkeġġ f’Bormla
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet li għaddejjin fuq proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali ieħor, din id-darba dak ta’ Bormla, li permezz tiegħu se jkunu qed jinħolqu 69 appartament ġdid u 97 spazju għall-parkeġġ f’Bormla għall-familji vulnerabbli. Waqt iż-żjara, il-Ministru Bonnici segwa l-progress li sar fuq il-proġett, li jifforma parti mill-ħidma kontinwa biex tiżdied l-akkomodazzjoni soċjali u aktar familji jkollhom aċċess għal da
Oct 81 min read


Imniedi proġett li se jara kunvent f’ Ħal Kirkop jiġi konvertit f’ Co-Living Affordabbli
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici flimkien mal-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli ħabbru l-ewwel proġett tal-Fondazzjoni ta’ residenza tat-tip co-living li se jsir fil-qalba tal-komunità f’Ħal Kirkop. Dan il-proġett se joħloq opportunità ġdida għal persuni li jixtiequ jgħixu b’mod indipendenti u affordabbli, filwaqt li jibqgħu jibbenefikaw mill-appoġġ u s-sens ta’ appartenenza li toffri l-komunità. Kunvent li jinsab fir-raħal ta’ Ħal Kir
Sep 272 min read


Tnediet konsultazzjoni pubblika dwar il-Buyers’ Charter għal aktar trasparenza u protezzjoni fix-xiri tal-proprjetà
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici nieda l-bidu ta’ proċess ta’ konsultazzjoni li għandu jwassal biex jitfassal Buyers’ Charter li jistabbilixxi prinċipji, standards u aspettattivi ċari għat-tranżazzjonijiet kollha ta’ proprjetà residenzjali. Il-Buyers’ Charter hija waħda mill-wegħdiet elettorali li qed tiġi indirizzata fl-ewwel 100 jum ta’ dan il-Gvern, u tirrifletti viżjoni li tagħraf li l-ħtiġijiet ta’ persuna dwar l-akkomodazzjoni jistgħu jinbidl
Sep 12 min read


Il-benefiċċjarji li d-dħul tagħhom jaqbeż il-limitu ta’ eliġibbiltà se jibbenefikaw minn tranżizzjoni ta’ sentejn fis-sussidju tal-kera
Mekkaniżmu ġdid ta’ tnaqqis gradwali fil-benefiċċju tal-kera – wegħda oħra tal-Manifest Elettorali implimentata fl-ewwel 100 jum tal-Gvern. Il-benefiċċjarji li d-dħul tagħhom jaqbeż il-limitu ta’ eliġibbiltà, iżda jibqgħu jgħixu bħala kerrejja fis-settur privat, mhux se jitilfu l-għajnuna f’daqqa, iżda se jibbenefikaw minn perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn. Dan ħabbru l-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet, Owen Bonnici, fejn sostna li din hija wegħda oħra tal-Manife
Aug 262 min read


Art f’Birżebbuġa se tiġi mibdula fi ġnien għall-komunità permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet
L-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa ffirmaw ftehim li permezz tiegħu art pubblika f’Triq Santa Katarina, Birżebbuġa, li tkopri madwar 734 metru kwadru, se tingħata lill-Kunsill Lokali għal perjodu ta’ ħames snin. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici qal li dan il-ftehim huwa eżempju ieħor ta’ kif il-Gvern qed ikompli jaħdem mal-Kunsilli Lokali biex art pubblika tintuża bl-aħjar mod possibbli għall-benefiċċju tal-komunitajiet. “Meta
Aug 252 min read


Il-Ministru Owen Bonnici f’taħditiet tekniċi fit-Turkija dwar best practices fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet, Owen Bonnici kellu taħditiet tekniċi u żjarat f’diversi proġetti u faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni soċjali u affordabbli f’Istanbul it-Turkija, bħala parti minn żjara mmirata lejn it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki fil-qasam tal-akkomodazzjoni. Il-Ministru Bonnici kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet, Ramon Deguara, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtori
Aug 212 min read


Cat Cafe ġdid f’Bormla permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet
L-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta’ Bormla ffirmaw ftehim li permezz tiegħu proprjetà pubblika f’Triq it-Tlett Ibliet, Bormla, se tingħata lill-Kunsill Lokali għal perjodu ta’ ħames snin. Il-proprjetà, li tkopri madwar 1,571 metru kwadru, se tintuża għall-iżvilupp ta’ Cat Cafe, li se jservi kemm bħala spazju għall-komunità kif ukoll bħala ambjent adattat għall-qtates li jgħixu fiż-żona. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali ta’ Bormla se jkun jista’ jagħ
Aug 182 min read


Maħżen ġdid għall-Kunsill Lokali taż-Żejtun permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet
Ġie ffirmat ftehim bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun sabiex proprjetà tal-istess Awtorità tgħaddi għand il-Kunsill Lokali għall-użu bħala maħżen li se jservi għall-ħtiġijiet u l-operat ta’ kuljum tal-kunsill għall-ħames snin li ġejjin. Il-proprjetà, li tinsab fi Triq id-Dulliegħ, iż-Żejtun, tkopri medda ta’ madwar 260 metru kwadru u se tkompli ssaħħaħ il-faċilitajiet disponibbli għall-kunsill biex ikun jista’ joffri servizz aktar effiċjenti lir-resi
Aug 61 min read
bottom of page