Id-direttur tas-serje ‘Smallville’ f’Malta għal ġbid ta’ film ġdid ta’ Hallmark
- Owen Bonnici Team

- Oct 25, 2025
- 1 min read

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech żaru s-sett ta’ film ta’ avventura minn Hallmark, miġbud kolluf’Malta. Il-ġbid ta’ dan il-film ittieħed f’diversi rħula, bliet u bajjiet, inkluż il-pjazza ta’ Marsaxlokk, il-Birgu u l-Belt Valletta.
Il-film Amerikan, taħt id-direzzjoni tad-direttur magħruf għas-serje ‘Smallville’ Kevin Fair, qed jinġibed kollu Malta matulix-xhur ta’ Settembru u Ottubru. Din produzzjoni oħra li ġietfil-pajjiż bis-saħħa tal-programm tal-Cash Rebate fost fatturioħrajn.
Il-Ministru Bonnici faħħar il-produzzjoni għall-kooperazzjoniqawwija tagħha ma’ professjonisti Maltin u għall-impattpożittiv ekonomiku tagħha. Huwa spjega kif għal darb’oħra, il-maġġoranza tal-ekwipaġġ (crew) involut f’din il-produzzjoni kienu Maltin, sinjal ċar tat-talent u l-professjonalità li għandna f’pajjiżna.
Il-Ministru Bonnici faħħar lill-produzzjoni għall-mod kif tatprijorità lill-professjonisti lokali, filwaqt li saħaq fuq l-impattekonomiku pożittiv li proġetti bħal dawn iġibu magħhom u żied jgħid li produzzjonijiet ta’ dan il-livell isaħħu r-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni kreattiva u kompetittiva.
Il-Kummissarju tal-films Johann Grech żied jgħid, “Pajjiżnallum għandu industrija tal-films li taħdem is-sena kollha, fejnaktar Maltin qed jaħdmu fil-films. Il-pjan tagħna qed iħalliriżultati kbar.”




Comments