top of page
owen@owenbonnici.com
2180 2000 - 9946 5436


Żjara lill-aħħar preparamenti taċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ lejlet l-ewwel tas-sena fil-Belt Valletta
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien maċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef żaru l-aħħar preparamenti għaċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ lejlet l-ewwel tas-sena. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jirritornaw fil-Belt Valletta għada fid-8:45pm, u jwiegħdu lejla spettakolari ta’ mużika, divertiment, u logħob tan-nar. Il-Ministru Owen Bonnici qal li, “Avvenimenti bħal dawn huma importanti għax jagħtu o
Dec 31, 20252 min read


Il-Belt Valletta bħala l-Kapitali ta’ pajjiżna u s-27 ta’ Diċembru bħala l-Jum iddedikat għall-Innu Malti issa mnaqqxin fil-Kostituzzjoni
Jidħlu fis-seħħ l-emendi wara li ġew approvati unanimament mill-Parlament Għall-ewwel darba fl-istorja, il-Belt Valletta se tkun imnaqqxa formalment fil-Kostituzzjoni bħala l-Belt Kapitali ta’ Malta, filwaqt li s-27 ta’ Diċembru ukoll se jkun imnaqqaxformalment fil-Kostituzzjoni bħala l-jum iddedikat lill-Innu Malti. Wara li l-proposti leġislattivi mressqa mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet, u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali
Dec 30, 20252 min read


Jitilgħu għal 120 l-għaqdiet tal-festi li se jibbenefikaw minn investiment totali ta’ €1.1m matul din is-sena
37 organizzazzjoni volontarja li jikkontribwixxu lejn it-tradizzjonijiet tal-festi Maltin ser jibbenefikaw minn għotja ta’ fondi oħra mill-Kunsill Malti għall-Arti fl-ammont ta’ €344,000 biex b’hekk ingħaqdu mat-83 għaqda tal-festi oħra li diġà gawdew minn investiment ta’ €800,000 matul din is-sena. Dan bis-saħħa tal-Iskema għall-Wirt Artistiku amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti, li toħroġ f’żewġ perjodi matul is-sena biex l-għaqdiet tal-festi jkunu jistgħu jagħżlu
Dec 28, 20252 min read


Jiġi assigurat spazju kulturali ġdid għall-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta
L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta se jkollha post dedikat minn fejn tista’ topera, taħdem u tesebixxi x-xogħol artistiku u kulturali tagħha u dan bis-saħħa tat-trasferiment uffiċjali ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet. Dan l-iżvilupp ifisser pass importanti biex jitħares u jiġi mrawwemwieħed mill-aktar aspetti tradizzjonali tal-kultura Maltija. Il-proprjetà inkwistjoni, li tinsab fi Triq Melita u li għandha wkoll aċċess minn Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Belt Valle
Dec 25, 20251 min read


Kollox lest għaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta
Iċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena se jirritornaw fil-Belt Valletta, b’lejl spettakolari b’mużika live, divertiment, u wirja grandjuża tan-nar fuq il-Port il-Kbir. Pjazza San Ġorġ se terġa’ sservi bħala ċ-ċentru tal-festivitajiet, u se tospita numru ta’ artisti Maltin u artisti internazzjonali. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici stqarr, “Lejlet l-Ewwel tas-Sena fil-Belt Valletta saret ċelebrazzjoni li tgħaqqad il-kom
Dec 24, 20252 min read


Innovazzjoni diġitali għal pajjiżna: Jitnieda l-eMuseum minn Heritage Malta b’eluf ta’ artifatti storiċi issa aċċessibbli online
Tnieda l-eMuseum, pjattaforma ġdida online li tagħti lill-pubbliku aċċess bħal qatt qabel għall-kollezzjoni nazzjonali ta’ Malta b’eluf ta’ artifatti storiċi li issa qed ikunu aċċessibbli online. It-tnedija timmarka wkoll il-ftuħ tal-Fiera tal-Karrieri tal-aġenzija Patrimonju Malta (Heritage Malta) li se tittella’ fi tmiem din il-ġimgħa, biex b’hekk tħejji l-atmosfera għal jumejn iddedikati biex juru l-bosta professjonijiet u opportunitajiet fis-settur tal-wirt kulturali ta
Dec 23, 20252 min read


Titnieda skema ġdida ta’ fondi għall-għaqdiet kulturali taż-żgħażagħ parteċipi fil-Karnival 2026
€160,000 biex tissaħħaħ il-kreattività u t-tradizzjoni Maltija Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet, u l-Gvern Lokali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, nedew uffiċjalment Skema Ġdida ta’ Fondi għall-Għaqdiet Kulturali taż-Żgħażagħ Parteċipi fil-Karnival 2026. Din l-iskema hi mmirata biex tgħin u ssaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ fil-festi annwali tal-Karnival, filwaqt li tippromwovi kreattività, identità kulturali u espressjon
Dec 22, 20252 min read


Malta favur qafas strutturat fuq livell Ewropew favur l-użu tajjeb, responsabbli u etiku tal-Intelliġenza Artifiċjali fil-kamp kreattiv
Fi Brussell, waqt il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-oqsma tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport, taħt il-Presidenza Daniża tal-Unjoni Ewropea, li ffukat fuq l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) fil-qasam kulturali, il-Ministru għall-Kultura, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici enfasizza l-ħtieġa li l-IA tintuża b’mod responsabbli biex issaħħaħ is-settur kulturali, tinċentiva l-innovazzjoni fl-industriji kreattivi u fl-istess waqt tintuża b’
Dec 21, 20252 min read


Is-27 ta’ Diċembru se jkun il-Jum iddedikat għall-Innu Malti
Valletta se tkun rikonoxxuta u mħarsa mill-Kostituzzjoni bħala l-Belt Kapitali ta’ Malta Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civellinedew proċess leġislattiv fil-Kamra tad-Deputati sabiex jitmexxew ’il quddiem żewġ emendi fil-Kostituzzjoni ta’ Malta li għandhom l-għan li jistabbilixxu Jum l-Innu Malti u jsaħħu l-istatus tal-Belt Valletta. L-ewwel emenda tipproponi li jiġi ddikjara
Dec 20, 20252 min read


Iffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-GWU
200 ħaddiema se jibbenefikaw minn żidiet fil-pagi u allowancesġodda Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-General Workers’ Union (GWU) li permezz tiegħu 200 ħaddiema se jibbenefikaw minn żieda fil-pagi tagħhom u introduzzjoni ta’ allowances ġodda. L-iffirmar tal-ftehim sar fil-preżenza tal-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, is-Segretarju Permanenti Joyce Cassar u s-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney. Il-Minist
Nov 28, 20252 min read


Tiġi żvelata l-parteċipazzjoni uffiċjali ta’ Malta fil-Biennali ta’ Venezja u Gwangju fl-2026
Din se tkun l-ewwel darba li Malta se tieħu sehem fil-Biennale tal-Korea t’Isfel, avveniment stabbilit bħala wieħed mill-ewlenin tal-arti kontemporanja fl-Asja. Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u Gvern Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, żvelaw uffiċjalment il-parteċipazzjoni uffiċjali ta’ Malta f’żewġ pjattaformi ewlenin tal-arti internazzjonali – il-Biennale tal-Arti ta’ Venezja u l-Biennale ta’ Gwangju tal-2026. Din se tkun l-ewwel darba li Malta se tie
Nov 28, 20253 min read


Inkomplu ninvestu fil-Festa Maltija - Konkluż b’mod definittiv ix-xiri tas-sede tal-Banda Madonna ta’ PompeiMarsaxlokk AD 1990
Investiment totali ta’ €30 miljun biex jissaħħaħ il-wirt intanġibbli u t-tradizzjoni tal-Festa Maltija Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali kkonkluda b’mod definittiv il-proċess tax-xiri tas-sede tal-Banda Madonna ta’ Pompei Marsaxlokk AD 1990. Din is-soċjetà kienet f’riskju reali u serju li tiffaċċja żgumbrament mis-sede tagħha minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-kirjiet ta’ qabel l-1995. B’kollox il-Ministeru investa €550,000 għall-akkwist tal-p
Nov 27, 20252 min read


Xelter tal-gwerra mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara
Xelter storiku li preżentament huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġie trasferit b’titolu ta’ kera għal perjodu ta’ ħames snin lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara. Il-proprjetà tinsab fit-taraġ ta’San Ġużepp, il-Kalkara, u tkejjel madwar tlett mija u tletin metru kwadru (330m²). Permezz ta’ dan it-trasferiment, il-Kunsill Lokali se jkun jista’ jmantni u jikkonserva x-xelter bħala sit ta’ importanza storika u kulturali, bil-għan li jiġi trasformat f’attrazzjon
Nov 26, 20251 min read


It-tnedija uffiċjali tal-programm tal-Milied ta’ din is-sena fil-Belt Kapitali
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, is-Sindku tal-Belt Valletta Olaf McKay, l-artist Henry Galea u t-tim tiegħu, u l-preżentaturi ta’ Bay Radio Jamie u Taryn, nedew uffiċjalment il-programm tal-Milied ta’ din is-sena fil-Belt Kapitali waqt ċerimonja li matulha nxtegħlu wkoll id-dwal fit-toroq ewlenin tal-Belt, kif ukoll inxtegħlet is-Siġra tal-Milied. L-attività
Nov 26, 20252 min read


Inkomplu ninvestu fil-festa Maltija: Skema ġdida ta’ għajnuna fuq self bankarju għall-każini tal-banda
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti, nieda skema ġdida li se tnaqqas l-ispiża tas-self bankarju għas-soċjetajiet mużikali Maltin u Għawdxin. Din l-iskema, li għaliha ġew allokati €280,000, ġiet maħsuba sabiex tagħti lill-każini l-għodda biex iwettqu titjib essenzjali, rinnovazzjonijiet meħtieġa u proġetti li jgħinuhom isaħħu r-rwol tagħhom fil-komunità. Permezz ta’ din l-iskema, soċjetajiet mużikali li j
Nov 23, 20252 min read


Il-Valletta Baroque Festival jirritorna f’Jannar li ġej għall-14-il edizzjoni
Festivals Malta qed tniedi l-14-il edizzjoni tal-Valletta Baroque Festival li se ssir bejn it-8 u l-25 ta’ Jannar 2026. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Dr Owen Bonnici ħabbar id-dettalji tal-14-il edizzjoni tal-festival matul konferenza tal-aħbarijiet fis-Sala dei Cavalieri ġewwa l-Malta Society of Arts. “Il-Valletta Baroque Festival huwa xhieda ħajja ta’ kemm il-wirt kulturali tagħna kapaċi jibqa’ relevanti u jispira ġenerazzjonijiet ġodda. B’dan il-
Nov 22, 20253 min read


Miexi x-xogħol fi ġnien storiku ġewwa l-Qrendi
Il-Ġnien tal-Kmand fil-Qrendi, wieħed mill-aktar spazji storikament sinifikanti f’din il-lokalità, qiegħed jingħata ħajja ġdida permezz ta’ proġett ta’ restawr u riġenerazzjoni. Dan il-ġnien, li jmur lura għal żmien il-Kavallieri, kellu għal snin twal funzjoni kruċjali fl-immaniġġjar tal-ilma permezz tal-ġibjuni u s-sistema ta’ irrigazzjoni. Illum dan il-ġnien għandu valur kulturali u komunitarju uniku bħala spazju miftuħ. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lok
Nov 22, 20252 min read


Sistema ta’ dawl ġdida fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
Ġie inawgurat il-proġett ‘The New Light: Illuminating the sacred’, li qed jintroduċi sistema ta’ dawl moderna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann b’investiment ta’ aktar minn €400,000. Meta kien lest 60% biss tal-proġett, il-konsum tal-enerġija kien diġà naqas b’aktar minn nofs u għaldaqstant dan il-proġett qed jsaħħaħ l-effiċjenza enerġetika u fl-istess waqt jnaqqas l-ispejjeż. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-proġett jirrifletti
Nov 21, 20252 min read


Jingħata bidu għall-15-il edizzjoni tal-Festival ŻiguŻajg
Ingħata bidu għall-15-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Arti ŻiguŻajg għat-Tfal u ż-Żgħażagħ, li se jsir fil-Belt Valletta, fil-Birgu u f’Għawdex sat-23 ta’ Novembru 2025. Għall-għaxart ijiem li ġejjin, it-tliet postijiet kollha se jingħataw il-ħajja bit-teatru, mużika, żfin, films, arti tal-puppets u esperjenzi interattivi li nħolqu esklussivament għal udjenzi żgħar u l-familji tagħhom. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici rrifl
Nov 20, 20252 min read


Inawgurat il-mafkar f’ġieħ l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici fi Pjazza Kastilja
• Il-Prim Ministru Robert Abela jinnota l-legat li ħalla Karmenu Mifsud Bonnici u li għadna ngħixuh sal-lum Fi Pjazza Kastilja, ġie inawgurat il-mafkar f’ġieħ l-eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici. F’ċerimonja li saret, il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif Karmenu Mifsud Bonnici kien avukat u politiku li dejjem ħaddan il-valuri tal-ġustizzja soċjali, l-integrità u l-umiltà. Qal li Karmenu Mifsud Bonnici tana l-aqwa ħaġa, ħinu. Spjega kif id-disponibbiltà tiegħu għan
Nov 12, 20253 min read
bottom of page