top of page
owen@owenbonnici.com
2180 2000 - 9946 5436


Jitnieda l-proġett ta’ restawr fuq il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija fil-Qrendi
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ppresjeda ftehim bejn il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, il-Qrendi, u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni sabiex jingħata bidu għal proġett bżonjuż ta’ restawr li se jrodd lura l-glorja li jixirqilha din il-parroċċa. Il-Ministru Bonnici qal li dan il-proġett ta’ restawr huwa investiment importanti fil-wirt kulturali u reliġjuż tagħna li jsaħħaħ l-identità tal-komunità tal-Qrendi u jħares il-ġm
May 161 min read


Żieda fil-pagi u allowances ġodda għall-ħaddiema tal-Aġenzija għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet
Żewġ ftehimiet kollettivi ġodda ġew iffirmati bejn l-Aġenzija Għar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet u l-General Workers Union (GWU). Permezz tagħhom il-ħaddiema fl-iskali kollha ta’ din l-aġenzija se jibbenefikaw minn żieda fil-pagi tagħhom u introduzzjoni ta’ allowances ġodda li jirrikonoxxu r-rwol u l-ħidma tagħhom. L-iffirmar ta’ dawn iż-żewġ ftehimiet kollettivi kien ippresedut mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Permanenti K
May 152 min read


Jaslu fi tmiemhom ix-xogħolijiet ta’ restawr fuq il-pitturi tas-saqaf ġewwa l-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq
Jaslu fi tmiemhom ix-xogħolijiet ta’ restawr fuq il-pitturi li jinsabu fil-ġewwieni tal-koppla tal-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq. Dan il-proġett se jsir b’investiment ta’ €60,000, kofinanzjat minn fondi mogħtija mill-Kunsill Malti għall-Arti. Bħala parti minn dan il-proġett ġie rrestawrat ukoll il-lavur mill-isbaħ fuq il-parti interjuri tal-Koppla. Dan ix-xogħol kien neċessarju wara li l-pitturi tas-saqaf tmermrukważi kompletament, u għaldaqstant inħass il-bżonn li jku
May 141 min read


Se jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja Parrokkjali ta’ ĦalSafi
Se jkun qed jibda xogħol ta’ restawr fil-ġimgħat li ġejjin fuq il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi li hija ddedikata għall-Konverżjoni ta’ San Pawl hekk kif se tibbenefika minn finanzjament għar-restawr. Din il-knisja ġiet ikkonsagrata uffiċjalment fl-1784. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dan il-proġett huwa pass importanti fil-konservazzjoni tal-wirt arkitettoniku tal-knisja, b’enfasi fuq interventi sensittivi li jirrispettaw il-ka
May 41 min read


Jorħsu l-kirjiet għal għaqdiet volontarji u trade unions li joperaw minn proprjetajiet tal-Awtorità tal-Artijiet
Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, permezz tal-Awtorità tal-Artijiet, nieda uffiċjalment skema ġdida li għandha l-għan li traħħas il-kera annwali pagabbli minn għaqdiet volontarji u trade unions li joperaw minn proprjetà tal-Gvern amministrata mill-istess Awtorità. Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn kontinwu tal-Gvern li jappoġġja lill-organizzazzjonijiet li jagħtu kontribut siewi lis-soċjetà Maltija. L-iskema tistabbilixxi struttura ġdida ta’ rati
Apr 222 min read


Veterani mir-Renju Unit lura biex jgħinu f’xogħlijiet ta’ restawr fil-Forti Delimara
Grupp ta’ veterani mir-Renju Unit irritornaw Malta biex jieħdu sehem, għat-tieni sena konsekuttiva, f’xogħol volontarju fil-Forti Delimara f’Marsaxlokk, b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta u l-Forzi Armati ta’ Malta (FAM). Din il-kontribuzzjoni, li tifforma parti mill-inizjattiva ta’ ALABARÉ ‘Boots on the Ground’, timxi id f’id max-xogħlijiet ta’ restawr li qed twettaq l-aġenzija. ALABARÉ hija organizzazzjoni tal-karità madwar l-Ingilterra u Wales li toffri appoġġ lil nies
Apr 212 min read


Għalqa u struttura fi Triq il-Brolli, Birżebbuġa mgħoddija lis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa
Għalqa u struttura (defence post) aġjaċenti li bħalissa jinsabu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġew trasferiti lis-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa A.D. 1990 b’titolu ta’ kera għall-perjodu ta’ ħmistax-il sena. L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett huwa li jingħataw iktar faċilitajiet konnessi mal-attività piroteknika li ssir propju fl-istess żona b’rabta mal-festa li tittella’ ta’ kull sena. Peress li f’din iż-żona diġà ssir attività pirotekni
Apr 202 min read


Jitħabbru d-dettalji tat-tieni edizzjoni tal-inizjattiva ‘minn Pjazza għal Pjazza’
Matul ix-xhur li ġejjin se tkun qed tittella’ t-tieni edizzjoni tal-inizjattiva ‘minn Pjazza għal Pjazza’, li se tara l-pjazez ta’ diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex jimtlew bil-ħajja. Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali se terġa’ tkun qed tiffinanzja sensiela ta’ attivitajiet li se jsiru b’kollaborazzjoni ma diversi Kunsilli Lokali. Dan wara l-ħruġ ta’ espressjoni ta’ interess fost il-Kunsilli Lokali ta’ Malta u Għawdex fejn kienu 43 i
Apr 192 min read


Binja f’Ħal Għaxaq devoluta lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq
Binja li bħalissa tinsab taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet ġiet trasferita lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, b’koperazzjoni sħiħa tal- Awtorità tad-Djar b’titolu ta’ kera għal perjodu ta’ ħames snin. L-għan hu li din il-binja tiġi żviluppata sabiex isservi bħala s-sala l-ġdida tal-Kunsill. F’din is-sala mistennija jibdew jingħataw diversi korsijiet u servizzi għall-komunità, inkluż il-faċilità biex il-pubbliku jħallas il-kontijiet mingħajr ma jkollu jmur sa
Apr 182 min read


Investiment fir-restawr tal-faċċata u sistema ta’ dawl ġdida għall-Knisja Parrokkjali ta’ San Publiju fil-Furjana
Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-impenn tiegħu lejn il-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u arkitettoniku nazzjonali permezz ta’ proġett ta’ restawr tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali tal-Furjana. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri u mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici. Il-proġett jinkludi restawr strutturali u konservattiv tal-faċċata tal-knisja kif ukoll l-installazzjoni ta’ sistema
Apr 172 min read


Jibda r-restawr tal-Kappella tal-Madonna tal-Grazzja fil-Qrendi
Ingħata bidu għar-restawr tal-Kappella tal-Madonna tal-Grazzja fil-Qrendi li hija waħda minn sitt kappelli li jinsabu fil-lokalità tal-Qrendi. Hija tinsab tul it-triq li twassal għat-tempji megalitiċi, waqt li viċin hemm il-kappella dedikata lil San Mattew fiż-żona magħrufabħala tal-Maqluba. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, waqt żjara li għamel waqt ix-xogħlijiet f’din il-Kappella, qal li dan ir-restawr huwa pass importanti biex jiġi mħar
Apr 161 min read


Produzzjoni Ingliża “The Assassin – Season 2” qed tinġibed f’Malta
Is-serje televiżiva Ingliża The Assassin – Season 2 bħalissa qed tinġibed f’Malta, bil-filming ewlieni jsir bejn is-16 ta’ Frar u l-5 ta’ Ġunju 2026. Din il-produzzjoni tinkludi sitt episodji ta’ 60 minuta kull wieħed. Id-Direttur ta’ din il-produzzjoni huwa Terry McDonough. Il-filming qed isir f’diversi lokalitajiet madwar Malta, fosthom il-Belt Valletta, il-Furjana, ir-Rabat, Ħ’Attard, il-Mellieħa, Marsaskala u s-Siġġiewi, li juru l-versatilità ta’ Malta bħala destinazz
Apr 151 min read
bottom of page