Jibda r-restawr tal-Kappella tal-Madonna tal-Grazzja fil-Qrendi
- Apr 16
- 1 min read

Ingħata bidu għar-restawr tal-Kappella tal-Madonna tal-Grazzja fil-Qrendi li hija waħda minn sitt kappelli li jinsabu fil-lokalità tal-Qrendi. Hija tinsab tul it-triq li twassal għat-tempji megalitiċi, waqt li viċin hemm il-kappella dedikata lil San Mattew fiż-żona magħrufabħala tal-Maqluba.
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, waqt żjara li għamel waqt ix-xogħlijiet f’din il-Kappella, qal li dan ir-restawr huwa pass importanti biex jiġi mħares u ppreservat il-wirtstoriku ta’ pajjiżna. Huwa enfasizza li l-identità kulturali tal-komunitàtissaħħaħ permezz ta’ proġetti bħal dawn, li jagħtu ħajja ġdida lilbinjiet storiċi.
Oriġinarjament iddedikata lill-Madonna tal-Vitorja u mibnija fl-1685, il-kappella ġarrbet ħsarat matul il-gwerra, u partijiet minnha reġgħunbnew.
Dan il-proġett jiffoka fuq ir-restawr u l-konservazzjoni ta’ din il-kappella rurali li hi sempliċi iżda ta’ valur kulturali sinifikativ, magħrufa għall-forma arkitettonika tradizzjonali tagħha u għall-preżenza kontinwa fil-pajsaġġ reliġjuż u storiku tal-Qrendi.
Ir-restawr huwa bbażat fuq prattiċi stabbiliti ta’ konservazzjoni, bil-għan li jinżamm kemm jista’ jkun mill-oriġinali, filwaqt li tiġi żguratal-istabbiltà strutturali u l-konservazzjoni tal-kappella fil-futur. Ix-xogħlijiet kollha ser jsiru bl-użu ta’ materjali u metodi li jirrispettawil-kostruzzjoni oriġinali u jiżguraw kompatibbiltà mt-tessut storiku.
Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jitmexxew mill-ħaddiema u staff professjonali tad-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni u mistennija li jdumu madwar sitt xhur, bid-Dipartiment jagħmel tajjebgħall-ispejjeż kollha.
Preżenti għal din iż-żjara kien hemm is-Sindku David Schembri, membri tal-Kunsill tal-Qrendi u l-Kappillan Fr Mario Said.







Comments