top of page
owen@owenbonnici.com
2180 2000 - 9946 5436


14-il proġett jibbenefikaw minn fondi permezz tal-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Kunsill Malti għall-Arti u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, ħabbru l-lista tal-proġetti li ngħataw finanzjament taħt l-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr fejn 14-il proġett se jirċievu investiment totali ta’ €190,000 bħala appoġġ finanzjarju għar-restawr u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali immobbli. Il-fond kien miftuħ għal organizzazzjonijiet kulturali u organizzazzjonijiet volontarji
Mar 222 min read


Il-Belveder ta’ fuq il-Forti ta’ San Mikiel mogħti b’titolu ta’ kera lill-Kunsill Lokali tal-Isla
Il-ġnien magħruf bħala “ta’ fuq is-sur ta’ San Mikiel” li huwa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet, ġie trasferit b’titolu ta’ kera għall-perjodu ta’ ħames snin lill-Kunsill Lokali tal-Isla. Il-proprjetà tkopri medda ta’ madwar 3,101 m² u permezz ta’ dan it-trasferiment, il-kunsill lokali se jkun jista’ jiżviluppa dan l-ispazju fi ġnien miftuħ għall-komunità – spazju ta’ mistrieħ u rikreazzjoni fejn ir-residenti u l-familji jistgħu jiltaqgħu, jirrilassaw u jgaw
Mar 212 min read


Il-volontarjat fil-qalba tal-ħidma ta’ restawr fil-ġonna ta’ Villa Frere
Villa Frere f’Tal-Pietà hija sit ta’ valur storiku u kulturali kbir għal pajjiżna. Illum madwar 15-il voluntier jagħtu s-sehem tagħhom fejn permezz tal-impenn tagħhom, il-ġonna ġew imnaddfa, imtejba u restawrati, u llum jinfetħu darba fix-xahar biex il-pubbliku jkun jista’ japprezza dan il-wirt storiku. Fl-2019 Heritage Malta għaddiet l-amministrazzjoni tal-ġonna f’idejn l-għaqda Friends of Villa Frere. Sena wara, Villa Frere u l-ġonna tagħha ġew skedati Grad 1 mill-Awtorit
Mar 202 min read


Inawgurata t-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale 2026
Titwaqqaf il-Fondazzjoni tal-Malta Biennale It-Tlieta filgħaxija ġiet inawgurata t-tieni edizzjoni tal-Malta Biennale 2026. L-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir bejn l-14 ta’ Marzu u l-aħħar ta’ Mejju, fuq medda ta’ 11-il ġimgħa. Taħt id-direzzjoni tal-kuratriċi ta’ fama internazzjonali Rosa Martínez, dan il-Biennale se jlaqqa’ flimkien aktar minn 130 artist lokali u internazzjonali minn 43 pajjiż. L-artisti se jipparteċipaw b’xogħlijiet li jġibu magħhom il-kreattività, l-
Mar 192 min read


Il-Ministru Owen Bonnici fi żjara fuq is-sett tal-produzzjoni Ingliża ‘TheTravel Writer’
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, flimkien mal-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, żaru s-sett tal-produzzjoni ‘TheTravel Writer’ fil-Birgu. Matul iż-żjara tiegħu l-Ministru Bonnici sostna li l-programm tal-cash rebate sar pilastru importanti għall-iżvilupp tal-industrija tal-films f’Malta, hekk kif qed ikompli jattira produzzjonijiet ta’ livell għoli li mhux biss isaħħu r-reputazzjoni tal-pajjiż bħala destinazzjoni kompetittiva għall-fi
Mar 32 min read


Il-Katakombi ta’ San Pawl jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew – rikonoxximent storiku għal Malta
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien ma’ Heritage Malta, ħabbar li s-sit tal-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat ingħata ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, u b’hekk sar l-ewwel sit Malti li rċieva dan ir-rikonoxximent. Dan iċ-ċertifikat jixhed il-kontribut tas-sit biex l-imgħoddi komuni tal-kontinent ikun mifhum aħjar. Il-Ministru Owen Bonnici qal, “Dan ir-rikonoxximent lill-Katakombi ta’ San Pawl mhux biss juri kemm Malta għandha s
Mar 22 min read


Soċjetà Mużikali oħra salvata: Il-Gvern jidħol f’konvenju maċ-ċenswalisti tas-sede tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola li kienet f’riskju serju ta’ żgumbrament
Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali daħal f’konvenju maċ-ċenswalisti tas-sede tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan Banda Paola bil-għan li d-drittijiet kollha taċ-ċenswalisti jgħaddu għand il-Ministeru u b’hekk din is-soċjetà mużikali tiġi protetta minn riskju imminenti ta’ żgumbrament. Din l-għaqda kienet f’dan ir-riskju minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-kirja viġenti u b’hekk il-Gvern ta serħan il-moħħ li din is-Soċjetà Mużikali tkompli top
Feb 192 min read


Imniedi ‘SportArti’, qafas nazzjonali biex l-arti u l-kultura jiġu integrati wkoll fin-nurseries tal-football
Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Malta Football Association (MFA) ħabbru t-tnedija ta’ ‘SportArti’, qafas nazzjonali biex l-arti u l-kultura jiġu integrati fin-nurseries tal-football f’Malta u f’Għawdex. Dan il-ftehim ser iservi biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn is-settur kulturali u dak sportiv, filwaqt li tingħata prijorità lill-kreattività, l-innovazzjoni u l-iżvilupp taż-żgħażagħ. Permezz ta’ dan il-ftehim, il
Feb 172 min read


Imniedi proġett għat-tisħiħ tal-Malti fid-dinja diġitali
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar proġett innovattiv bl-isem ta’ SaqWI-QA/SaqWI li għandu l-għan li jsaħħaħ il-preżenza diġitali tal-Malti billi jiżviluppa riżorsi essenzjali għall-ipproċessar tal-lingwa naturali. Appoġġat mill-iskema ta’ finanzjament ta’ Microsoft: Lingua, SaqWIngħata $51,000, inkluż $15,000 f’Azure Credits. L-iskema hija ddedikata biex tgħin il-lingwi Ewropej b’riżorsi limitati fuq pjattaformi ta’ AI, biċ-Ċentru tal-
Feb 162 min read


Proprjetà pubblika fil-Qrendi mogħtija b’ċens temporanju lis-Soċjetà Filarmonika Lourdes sabiex tintuża għal skopijiet marbuta maż-żamma tal-festa
Proprjetà pubblika li hija taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet ġiet trasferita b’titolu ta’ enfitewsi temporanja għal ħamsin sena lis-Soċjetà Filarmonika Madonna ta' Lourdes tal-Qrendi sabiex tiġi użata bħala mħażen fejn jistgħu jerfgħu l-armar relatati mal-festa li tiġi ċelebrata kull sena fl-istess lokalità. Dan is-sit jinsab fi Triq Nazzareno Mifsud kantuniera ma’ Triq Guzeppi D’Arena fil-Qrendi. Permezz ta’ dan it-trasferiment se tissaħħaħ il-ħidma volontar
Feb 151 min read


Jibdew xogħlijiet ta’ restawr fuq is-Sur ta’ San Nikola fil-Linji tal-Kottonera
Bdew xogħlijiet estensivi ta’ restawr fuq is-Sur ta’ San Nikola, magħruf ukoll bħala s-Sur ta’ Bieb il-Polverista, li jifforma parti integrali mil-Linji tal-Kottonera li hi waħda mill-aktar sistemi ta’ fortifikazzjonijiet storikament sinifikanti f’Malta. Ix-xogħlijiet, li qed jitwettqu permezz ta’ fondi lokali huma mistennija jitlestew din is-sena. L-ispiża stmata ta’ dawn ix-xogħlijiet ta’ restawr hija ta’ madwar €700,000. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern
Feb 142 min read


Xogħlijiet estensivi ta’ restawr tlestew fuq il-bastjun ta’ Santa Liena fil-Fortifikazzjonijiet ta’ Santa Margherita
Id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, kien responsabbli mill-ħidma estensiva ta’ restawr li saret fuq il-bastjun u l-foss ta’ Santa Liena biex tiġi salvagwardjata din il-parti importanti tal-wirt tanġibbli tagħna, b’investiment ta’ kważi €1.7 miljun. Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, żaru
Feb 132 min read
bottom of page