Titjib fil-kundizzjonijiet tal-imħallfin u l-maġistrati
Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Johan Galea u l-Assoċjazzjoni tal-Ġudikanti Maltin, rappreżentati mill-Imħallef Joseph Zammit McKeon u l-Maġistrat Francesco Depasquale, iffirmaw ftehim li se jwassal għal titjib fil-kundizzjonijiet finanzjarji tal-imħallfin u l-maġistrati. Dan sar wara diskussjonijiet li kienu għaddejjin għal numru ta’ snin u approvazzjoni mill-Kabinett. It-titjib fil-kundizzjonijiet finanzjarji huwa t-tiel