top of page

Jinfetaħ Reġistru Akbar fil-Qorti tal-Familja – servizz aħjar għaċ-ċittadini



Wara li saru diversi xogħlijiet infrastruttali fuq il-binja tal-Qorti sabiex ikun hemm aktar post minn fejn jinstemgħu l-kawzi bl-għan aħħari jkun dak li jonqsu l-kawżi pendenti, inħass il-bżonn li jitkabbar ir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja sabiex ikun jista’ jakkomoda l-bżonnijiet tal-lum il-ġurnata. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal dan waqt li ndirizza konferenza tal-aħbarijiet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja.

Il-Ministru Bonnici spjega li l-pubbliku kien ilu jilmenta li r-Registru tal-Qorti tal-Familja kien zghir wisq ghall-htigijiet tal-lum u ghalhekk sar investiment biex jinfetah registru ikbar u iktar spazjuz. Dr Bonnici fahhar lill-amministrazzjoni tal-Qorti li mmassimizzat ir-rizorsi interni taghha sabiex jikber il-value for money tant li l-capital outlay kienet biss ta’ 64,000 ewro minkejja x-xoghol estenisiv li sar.

Dan it-tkabbir fir-Reġistru sehh wara, li bi pjan li ilu jigi implimentat sa mil-legizlatura precedenti, gew rilokati ghadd ta’ uffiċċji tal-Gudikanti u l-istaff tagħhom u tal-Assistent Gudizjarji li kienu jokkupaw l-ħames uffiċċji fir-raba’ sular tal-Qorti tal-familja.

Min-naħa tiegħu, l-Prim Imhallef Silvio Camilleri fahhar din l-inizzjattiva u qal li dan l-ambjent huwa bla dubju pass 'il quddiem. Saħaq li fl-istess waqt wasal iz-zmien li wiehed jahseb fi spazju ikbar u gdid ghall-Qorti.

Dan ir-Reġistru beda jintuża minn nhar it-Tnejn 2 t’Ottubru wara li sar ħafna xogħol fil-ferjat tas-Sajf sabiex ma joħloqx inkonvenjent għall-pubbliku u l-professjonisti li jagħmlu użu minn dan ir-Reġistru.

Faċilita oħra li ġiet inkluża fil-proġett kienet sistema ta’ arja kundizzjonata għad-Data Room fl-istesspost.

bottom of page