Irrestawrata faċċata ta’ 2,000 metru kwadru tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann b’investiment ta’ €660,00
Ix-xogħlijiet tar-restawr fuq il-faċċata tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann tlestew. Dan il-proġett inkluda d-daħla prinċipali, il-ġnub, il-kampnari, l-arloġġ u d-dewwiema. Din hi l-ewwel darba li l-faċċata tal-Kon-Katidral għaddiet minn restawr b’reqqa bħal din. Dan kollu jkopri aktar minn 2,000 metru kwadru. Il-proġett beda fl-2014 mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u mill-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann permezz tal-ħaddiema mid-Direttorat tar-Res