Imħabbar l-istaġun ta’ Teatru Malta għall-2019
Teatru Malta nieda l-programm tiegħu għall-2019 ġewwa ċ-ċinema ta’ City Lights fil-Belt Valletta b’kalendarju mimli avvenimenti u proġetti eċitanti. L-għan ta’ Teatru Malta, kif ħareġ biċ-ċar tul is-sena li għaddiet, huwa li jħoll ir-rabtiet mal-insularità f’dak li għandu x’jaqsam mat-teatru u jimxi lejn ekosistema ta’ teatru li m’għandux ħitan, limitazzjonijiet artistiċi, u lanqas limiti strutturali. “Huwa grazzi għall-programmi ta’ dan it-tip li nkunu nistgħu nkomplu nsaħħ