għall-industrija tas-sbuħija, kull sena, għall-klijentela dinjija
“Hija kburija ta’ nazzjon sħiħ li tara kumpanija Maltija b’bażi internazzjonali bħal Toly, li ilha tforni ppakkjar ta’ lussu lill-industrija tas-sbuħija għal aktar minn 50 sena, li tinsab konsistentament fuq quddiem f’dan is-settur bis-saħħa tal-innovazzjoni”, qal il-Ministru Owen Bonnici waqt żjara fil-binja ċentrali tal-kumpanija.
“It-tim tal-iddisinjar tal-Kunċett fi ħdan Toly jippreżenta aktar minn 100 innovazzjoni ġdida ta’ ippakkjar kull sena lill-klijenti tagħha fil-kategoriji kollha - kartun, għamla, kura tal-ġilda, fwieħa u dekorazzjonijiet ġodda. Hawnhekk it-tim jaħseb, ifassal, iħejji u joħloq mudelli 3D, kollha bħala parti mill-proċess kreattiv”, żied il-ministru.
Dr Bonnici spjega li l-kumpanija tikkollabora kull sena, kemm mal-Università kif ukoll mal-MCAST, fuq proġetti tal-istudenti, filwaqt li turi xogħolhom u tinkoraġġihom bħala s-sors tal-kreattività futura.
“Inħossni kburi li nara l-approċċ persistenti ta’ kumpanija bħal din biex timmira li tkun l-iktar kumpanija kreattiva u dinamika fl-industrija tas-sbuħija li tippermetti li l-ideat kreattivi jinbidlu fi proġetti eċitanti ġodda. Kif jemmnu f’Toly, u aħna nissapportjaw din il-politika wkoll, l-innovazzjoni hija l-munita ewlenija tal-futur”, qal il-Ministru Bonnici.
Toly hija d-dar ta’ klijentela globali bħar-Renju Unit, l-Istati Uniti, Franza, il-Belġju, Hong Kong u l-Korea u għandha impjanti wkoll fiċ-Ċina (Shenzhen) u fil-Korea ta’ Isfel (Bucheon u Ansan), apparti Malta.
“Il-kumpanija għandha ċentru ta’ innovazzjoni proprju fil-qalba tal-uffiċċji korporattivi ta’ Toly. Dawn l-uffiċċji nfetħu uffiċjalment fl-2015 wara investiment ta’ €2.5 miljun. Iċ-ċentru tal-innovazzjoni jinkludi u juri x-xejriet differenti, il-firxa sħiħa tal-ippakkjar standard fil-kategoriji kollha, it-teknoloġiji tagħhom kif ukoll l-innovazzjoni tagħhom stess”, spjega l-ministru.
Il-Kap Eżekuttiv Andy Gatesy qal, “Dan iċ-ċentru huwa r-riżultat ta’ bosta snin ta’ riċerka ffukata fuq ippakkjar ġdid u applikaturi ġodda għas-settur tal-fwieħa u tal-kożmetiċi. Il-klijenti għandhom aċċess għal numru kbir ta’ mudelli għall-wiri, jippruvawhom u jittestjawhom”.
Wieħed għandu jinnota wkoll l-inġinerija tal-innovazzjoni li tinkludi faċilitajiet ta’ stampar u prototipar ta’ 3D avvanzat li tagħtihom firxa wiesgħa ta’ kapaċitajiet biex jgħinu jaċċelleraw l-iżvilupp tagħhom mill-kunċetti nfushom għal pilot tooling.
Fi ħdan l-uffiċċji korporattivi, il-kmamar ġew ristrutturati biex joħolqu studio ta’ produzzjoni interna, imsejjaħ Toly Studio. Hemmhekk jiġu prodotti filmati b’mod kontinwu li jappoġġaw innovazzjonijiet u żviluppi ġodda.
Comments