Jiġi assigurat spazju kulturali ġdid għall-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta
- Owen Bonnici Team

- 5 days ago
- 1 min read
Updated: 15 hours ago

L-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta se jkollha post dedikat minn fejn tista’ topera, taħdem u tesebixxi x-xogħol artistiku u kulturali tagħha u dan bis-saħħa tat-trasferiment uffiċjali ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet.
Dan l-iżvilupp ifisser pass importanti biex jitħares u jiġi mrawwemwieħed mill-aktar aspetti tradizzjonali tal-kultura Maltija.
Il-proprjetà inkwistjoni, li tinsab fi Triq Melita u li għandha wkoll aċċess minn Triq Mikiel Anton Vassalli fil-Belt Valletta, kienet sa issa taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Artijiet. Issa, permezz ta’ dan il-ftehim, il-ħolma li l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta jkollha spazju tagħha saret realtà. Il-post ġie ttrasferit b’titolu ta’ kera għall-perjodu ta’ ħmistax-il sena.
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ddeskriva dan il-proġett bħala pass ieħor lejn il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt li jagħmel lil pajjiżna uniku. Il-Ministru Bonnici spjega kif dan il-pass jista’ jitqies bħala kapitlu ġdid għall-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Malta, wieħed li joffri iktar opportunitajiet, ħidma u azzjoni favur dak li jagħmilna Maltin.
It-trasferiment ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet, Robert Vella u Andrew Spiteri fil-kapaċità tiegħu ta’ President tal-Għaqda.







Comments