• Team Owen Bonnici

Aktar minn 100,000 persuna jżuru l-Padiljun Malti waqt il-wirja internazzjonali tal-arti La Biennale


Wara kważi għoxrin sena, il-Padiljun Malti rritorna għas-57 edizzjoni tal-wirja internazzjonali tal-arti, La Biennale di Venezia, fejn kien hemm aktar minn 100,000 viżitatur għal din l-esebizzjoni bejn it-13 ta’ Mejju u s-26 ta’ Novembru, 2017. Din l-esebizzjoni ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna orgranizzazzjonijiet tal-media bi profil għoli, fosthom The Observer, The Culture Trip, u Forbes Magazine.

Il-wirja Homo Melitensis: An incomplete inventory in 19 chapters, imfassla minn Raphael Vella u Bettina Hutschek, irriżultat f’indirizz mimli enerġija li ma beżax jipprovoka fej tidħol l-istorja, reliġjon, miti, politika u identità kulturali Maltija, espressa minn mitejn oġġett effimeru u artifatti storiċi, kif ukoll 13-il artist kontemporanju mid-dijaspora Maltija.

Dawn l-artisti jinkludu lil Aaron Bezzina, Adrian Abela, Austin Camilleri, Darren Tanti, David Pisani, Gilbert Calleja, Joe Sacco, John Paul Azzopardi, Karine Rougier, Maurice Tanti Burlò aka Nalizpelra, Pia Borg, Roxman Gatt u Teresa Sciberras.

Il-Ministru Bonnici qal li dawn it-tip ta’ wirjiet huma ta’ importanza għall-artisti ta’ pajjiżna, minħabba li b’dan il-mod qegħdin nesportaw l-arti u l-kultura tagħna, u sostna li bil-parteċipazzjoni tal-Padiljun Malti twettqet wegħda elettorali ewlenija fis-settur kulturali Malti.

Il-Padiljun Malti ġie kkummissjonat mill-Kunsill Malti għall-Arti, u għen bil-bosta biex nesponu l-arti Maltija fuq livell internazzjonali.

#LaBiennalediVenezia

  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo