• Team Owen Bonnici

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI


B’referenza għal dak li ġie ppubblikat dalgħodu fil-ġurnal The Guardian, fejn il-prokuratur Sqalli Carmelo Zuccaro ġie kkwotat jgħid li, “attempts to collaborate with Maltese authorities on the oil-smuggling investigation had not been fruitful” u li “an international request for information submitted to investigators in Malta had gone unanswered for 18 months”, irid jiġi preċiżat li, permezz tal-Eurojust, f’Ottubru li għadda, il-prokura Taljana rreferiet lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta’ Malta talba biex jinstemgħu xhieda u tinġabar evidenza b’rata mal-każ imsemmi.

F’inqas minn tliet xhur, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali beda l-proċeduri meħtieġa quddiem il-Qorti ta’ pajjiżna biex jinġabru l-provi li ġew mitluba mill-prokura Taljana skont il-ligi. Diġà saru żewġ seduti quddiem il-Magistrat Claire Stafrace Zammit u diġà ġiet iffissata data għat-tielet seduta fil-jiem li ġejjin.

Għalhekk kwalunkwe akkuża li l-awtoritajiet Maltin ma għandhomx interess jikkoperaw mal-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ pajjiżi esteri fuq dan il-każ hija għal kollox fiergħa, mhux veritiera u inġusta.


  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo