• Team Owen Bonnici

Ir-restawr estensiv tal-binja li se sservi bħala uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta qed j



STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI

“Il-Belt Valletta se jkollha uffiċċju ċentrali u aċċessibbli f'binja storika li qed nerġgħu nagħtuha lura lill-pubbliku skont it-timeframes li konna ħabbarna”. Hekk qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonniċi, meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fis-sit tal-uffiċċju l-ġdid li se jkollu l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-100 jum ta’ ħidma tal-Gvern.

Dan is-sit se jkun użat mill-Kunsill Lokali tal-Belt qabel il-bidu tas-sena ddedikata lill-Belt Valletta fl-2018 wara li qed isirlu restawr estensiv mid-Direttorat tar-Restawr.

Il-Ministru Bonnici qal li fl-ewwel mitt jum kompliet il-ħidma ma taqta’ xejn fil-Ministeru li qed issarraf biex iċ-ċittadini jgħixu ħajja aħjar. Huwa kompla jgħid li din il-ħidma qed issir mhux biss fis-settur kulturali li jfisser ukoll xogħol kbir ta’ restawr li qed isir mal-pajjiż kollu. Il-Ministru Bonniċi qal li fl-istess ħin li għaddej ix-xogħol kollu f’dan is-sit, għaddej ukoll xogħol maġġuri ta’ restawr f’14-il sit ieħor fil-Belt Valletta, numru li jitla’ għal 20 jekk wieħed iżid ukoll xogħol ta’ restawr li qed isir fil-Furjana, apparti xogħol ieħor mifrux mal-pajjiż kollu.

“Dan kollu jawgura esperjenza sabiħa u esperjenza tajba għas-sena li ġejja, meta l-Belt Valletta tkun il-Belt Kapitali Ewropa tal-Kultura”, żied il-Ministru Bonniċi.

F’din l-ewwel fażi tal-proġett, hemm ir-rilokazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, li issa se jkollu post aktar ċentrali u aktar aċċessibbli minn fejn jaħdem. Il-binja hija waħda li wkoll hija aktar xierqa biex isir xogħol fiha mill-Kunsill Lokali.

’Il quddiem, il-fażijiet l-oħra se jfissru li fil-binja jkun hemm ukoll Berġa, kif ukoll possibbiltà ta’ Day Centre għall-anzjani. Hemm maħsub ukoll librerija pubblika, u lift li jagħti aċċess għall-Bibjoteka Nazzjonali.

Il-proġett qed jitmexxa mid-Direttorat tar-Restawr, u qed isir minn kuntratturi privati wara l-ħruġ ta’ tendersgħad-diversi xogħlijiet meħtieġa.

L-ewwel fażi se tkun lesta fil-ħin biex il-Kunsill Lokali se jibda jgawdi minn dan is-sit fil-ħin għall-Valletta 2018.

Għall-konferenza tal-aħbarijiet kienu preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, Silvio Parnis.

Għall-konferenza tal-aħbarijiet kienu preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, Silvio Parnis.

#Belt #Valletta #Kunsill

  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo