Wirja ġdida ta’ Heritage Malta titfa’ dawl fuq l-istorja Medjevali ta’ pajjiżna
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici inawgura wirja bit-titlu ta’ Core and Periphery: Mdina and Safi in the 9th and 10th centuries. Din il-wirja tħares lejn iż-żminijiet Medjevali f’Malta, u hija l-ewwel waħda f’sensiela li se tkompli titfa’ aktar dawl fuq din l-epoka interessanti. “Għal numru ta’ snin, il-passat medjevali tal-Gżejjer Maltin bata minn lakuna ta’ informazzjoni. Dan kien primarjament minħabba n-nuqqas ta’ dokumentazzjoni disponibbli