Kitba meħuda mill-Orizzont (| It-Tlieta 31 ta’ Jannar 2023) paġna numru 20
Investiment ta’ €1.2 miljun f’vetturi moderni u siguri li se jnaqqsu l-ħmieġ fl -arja u l-istorbju
Użu ta’ vetturi ġodda u moderni fi l-Karnival ta’ Malta, li se jsir bejn is-17 u l-21 ta’ Frar, se jnaqqsu l-carbon footprint u l-emissjonijiet fl -arja b’madwar 50 tunellata. Total ta’ 20 tractor ġdid mgħammra b’teknoloġija moderna u 20 trailer, inxtraw bħala parti minn investiment ta’ €1.2 miljuni li mistennija jnaqqsu wkoll it-tniġġis ikkaġunat mill-istorbju li kienu jagħmlu l-vetturi tradizzjonali. Dan it-tant mistenni “żmien il-bluha” din is-sena se jkun b’differenza grazzi għal dan it-tagħmir ġdid li se jgħin biex iċ- ċelebrazzjonijiet tal-Karnival isiru b’mod aktar sensibbli għall-ambjent, kif ukoll b’mod sigur għall-parteċipanti.
Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, fejn f’informazzjoni li ta lil L-ORIZZONT qal li barra dan l-investiment fi l-vetturi, Festivals Malta se jkun qiegħed ukoll jalloka numru ta’ kontenituri mxerrdin mat-toroq tal-Belt Valletta li fi hom se jinġabar l-iskart organiku, kif ukoll il-plastik u l-laned, b’mod separat. “B’hekk Festivals Malta se jkun qed iservi ta’ eżempju għal festivals aktar sostenibbli,” spjega l-Ministru Bonnici.
Hu qal kif dan l-investiment li l-Gvern Malti qed jagħmel fi ħdan il-kultura, b’mod partikolari fi l-Karnival, juri biċ-ċar li qed jinvesti biex dejjem jgħolli l-livell tal-Karnival Malti. “Nedejna investiment ta’ €1.2 miljun li jinkludu 20 vettura u 20 trailer mgħammra apposta. Investiment li mhux biss li hu monetarju, imma huwa wkoll investiment għas-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti tal-Karnival, kif ukoll għall-udjenzi li jattendu. Dan għax, dawn il-vetturi huma aktar nodfa mil-lat ambjenali.”
Filwaqt li saħaq fl -importanza li nippreservaw u ninvestu fi t-tradizzjonjiet tagħna, il-Ministru Bonnici spjega li dawn huma essenzjali għall-identità Maltija u “l-għan tal-Gvern huwa proprju dan”
20 tractor u 20 trailer ġodda
Fl-edizzjoni tal-Karnival ta’ din is-sena l-Aġenzija Festivals Malta se tibda tuża 20 tractor ġdid mgħammar b’teknoloġija moderna. Dawn se jintużaw mill-parteċipanti tal-Karnival biex jittrasportaw il-karrijiet tagħhom mill-imħażen għall-Belt Valletta, kif ukoll biex ikunu jistgħu jduru mat-toroq tal-Belt Valletta waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival bl-aktar mod sigur possibbli. L-20 trailer ġodda se jibdew jintużaw mis-sena d-dieħla.
Il-Ministru Owen Bonnici qal kif permezz ta’ din l-inizjattiva nistgħu nkomplu nilħqu l-mira ta’ dan il-Gvern għal festivals aktar sostenibbli li jnaqqsu l-impatt negattiv fuq l-ambjent.
Filwaqt li rringrazzja lill-ħafna volontiera tad-dedikazzjoni u l-ħin tagħhom fil-preparazzjonijiet għal dan l-avveniment, hu spjega li, “id-dilettanti tal-Karnival jiddedikaw ħafna ħin biex itellgħu dan l-avveniment importanti, li għalihom mhux biss hu delizzju, iżda hu parti sinifikanti mill-ħajja tagħhom. B’hekk dawn l-20 trailer u 20 tractor żgur se jkunu ta’ għajnuna f’din il-ħidma li tagħmel differenza fi l-ħajja ta’ tant nies li jieħdu gost immens fi l-jiem tal-Karnival”
“Fis-snin passati konna nużaw makkinarju xejn addattat…”
Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra, fi r-rigward qal li dan l-investiment hu biss wieħed mill-passi li Festivals Malta se jkun qed jieħu biex mhux biss jgħolli l-livell tal-Karnival f’Malta, iżda wkoll biex inaqqas l-impatt ambjentali b’mod konsiderevoli.
Huwa saħaq li dawn il-vetturi huma mgħammra b’diversi karatteristiċi tal-ogħla livell f’dik li hija sigurtà. “Għaldaqstant huma ferm aktar sigur biex wieħed jaħdem bihom. Apparti li jnaqqsu t-tniġġis, dawn se jgħinuna nissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti tal-Karnival. Fl-istess waqt il-pubbliku numeruż li jattendi għall-attivitajiet tagħna, partikolarment il-Karnival, ikun f’post sigur li jista jgawdi fl imkien mal-familja”.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala, min-naħa tagħha spjegat kif dawn il-vetturi ġodda jfi ssru bidla għall-Karnival ta’ Malta, fejn fi snin passati konna nużaw makkinarju xejn addattat bħala mezz ta’ trasport għall-karrijiet. B’hekk issa se niffaċilitaw il-ħajja u x-xogħol tal-parteċipanti tagħna, kif ukoll se nħallu inqas impatt fuq l-ambjent ta’ madwarna.”
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżuru www.festivals.mt/karnival .
Commentaires