top of page

Imħabbra r-rebbieħa tal-Premju għall-Arti 2022



Ir-rebbieħa tal-Premju għall-Arti, organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti, ġew mħabbra waqt serata ta’ ogħti ta’ premjijiet fil-Forti ta’ Sant’ Anġlu, il-Birgu, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju. Din hija l-ħamesedizzjoni tal-Premju għall-Arti, u ġiet warasentejn ta’ serati virtwali minħabba l-pandemija. Għal din is-sena, il-Kunsill Malti għall-Arti rċieva aktar minn 300 sottomissjoni, li 100 minnhom għamluha għall-istadju ta’ nominazzjoni. Għal kull kategorija kienhemm 3 nominazzjonijiet li spiċċaw fil-finali, li r-rebbieħ tagħhom tħabbar fis-serata tal-premjijiet.


Din l-edizzjoni tal-Premju għall-Arti kellha 14-il premju, li 10 minnhom kienu kompetittivi u 3 kienu unuri, bi premju speċjali li jingħata għad-diskrezzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għal kontributstraordinarju lejn l-arti u l-kultura matul is-sena, premju li ngħata għall-ewwel darba waqt din l-edizzjoni tal-Premju għall-Arti.

Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li “Ta’ kull sena, il-Premju għall-Arti jkompli jikber, wara li konna wellidna dan il-premju ħames snin ilu. Issa li qegħdin fil-ħames sena tiegħu, ninsab ħerqan biex inkompli nara l-frott ta’ dan il-proġett ikompli jimxi id f’id mal-bqija tas-settur. Permezz ta’ dan ix-xogħol kollu, aħna komplejna nibnu, komplejna nirriġeneraw, biex inkomplu nkunu settur sostenibbli, aċċessibbli, b’mod li nkomplu nsaħħu l-professjonalizzazzjoni fih.”

Albert Marshall Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti stqarr li “bħala Kunsill, aħnagħandna l-għan u l-mira li naħdmu sabiex inkomplu nsaħħu l-pjattaforma tal-artist, tal-prattikanti kulturali, u tas-setturi kulturali u kreattivi, u l-Premju għall-Arti huwa ħolqaessenzjali mill-kullana ta’ inizjattivi, proġettiu opportunitajiet tal-Kunsill biex inkomplunagħmlu dan, hekk kif inkomplu nippremjawil-bosta forom ta’ arti u ġeneri diversi li hawn, b’mod ukoll, li nibnu mal-isforz komunitarju kontinwu tal-Kunsill permezz ta’ din l-inizjattiva.”


Il-Premju għall-Arti huwa ċ-ċelebrazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti tal-kisbiet prinċipali tal-industriji kulturali u kreattivi ta’ Malta. Kif ġie enfasizzat fil-Politika Kulturali Nazzjonali 2021 avveniment nazzjonali ta’ profil għoli li jagħti eċċellenza fil-qasam tal-kultura u l arti, filwaqt li jħeġġeġ aktar professjonaliżmu u distinzjoni fi ħdan is-settur. Dan ukoll huwa msejjes fl-ewwel mill-prinċipji gwida tal-Kunsill Malti għall-Arti, bħalma hu stipulat fl-Istrateġija 2025, li hu l-promozzjoni tal-avvanz tal-istatus tal-artisti u tal-prattikanti kulturali u kreattivi.

Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija huma:


L-aqwa xogħol għat-tfal u żgħażagħ

The Secret Garden tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u Lignin Stories


Artist żagħżugħ jew żagħżugħa tas-sena

Anna Calleja, bil-proġett Homebound


L-aqwa xogħol fi l-komunità.

L-Imbuljuta: A Panto in the Dark; Kitba u direzzjoni ta’ Vikesh Godhwani u Marta Vella, Produzzjoni ta’ Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta u Esplora


Unur għall-wirt artistiku

Karnival ta’ Malta, ta’ Festivals Malta


Premju għat-tisħiħ artistiku nazzjonali

Mużika Mużika ta’ Festivals Malta


Premju għall-innovazzjoni

Zoom ta’ Tyrone Grima, Joseph Galea u Keith Chetcuti


L-aqwa kisbiet internazzjonali

The Nobodies bil-produzzjoni ta’ Chalk Line Theatre, b’kitba ta’ Amy Guyler


L-aqwa intrapriża kreattiva

Stephanie Borg


L-aqwa programm jew staġun artistiku

Spazju Kreattiv - Settembru 2020 - Awwissu 2021 Fondazzjoni Kreattività


Unur għall-promoturi kulturali

Mark Weingard


L-artist tas-sena

Brodu bl-albums Blu u Bambinella


Għażla tal-pubbliku

Ħax-Xjuħ ta’ Teatru Malta, direzzjoni ta’ Josette Ciappara u kitba ta’ Tony Cassar Darien


L-aqwa produzzjoni tas-sena

They Blew Her Up Koproduzzjoni ta’ Herman Grech u Spazju Kreattiv, Direzzjoni u kitba ta’ Herman Grech


Unur għall-karriera artistika

Tanya Bayona





Comentarios


bottom of page