top of page

Il-Ministru Owen Bonnici jżur is-set tas-serje ta’ azzjoni ‘HasFallen’ li qed tinġibed f’Malta

ree

 

Malta għal darba oħra qed tospita l-ġbid ta’ produzzjoni internazzjonali oħra hekk kif is-serje ta’ azzjoni ‘Has Fallen’ bdiet tinġibed f’pajjiżna f'Mejju li għadda u mistennija tibqa’ sejra sal-aħħar ta’ Settembru.

 

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, u l-Kummissarju tal-Films Johann Grech, iltaqgħu mal-crew, l-atturi u anke t-tim artistiku waqt il-ġbid ta’ din is-serje f’pajjiżna.

 

Malta qed tilgħab rwol kbir billi tospita parti sostanzjali tal-produzzjoni kollha (47 fil-mija tagħha), b’ċerti postijiet ikoniċi jidhru fis-serje inkluż l-istadju nazzjonali ta’ Ta’ Qali, it-training grounds tal-AFM f’Pembroke u l-ħabs ta’ Kordin.

 

Il-Ministru Bonnici spjega kif din il-produzzjoni internazzjonali qed tkompli tpoġġi isem Malta fuq livell globali u qed toħloq ukoll opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għall-komunità kreattiva lokali.

 

“Il-Gvern impenjat biex jattira aktar proġetti ta’ dan il-kalibru, li jfissru investiment dirett fl-ekonomija u fil-ħiliet ta’ pajjiżna.  Fuq din il-produzzjoni, 166 crew Malti u Għawdxi se jkunu parti minn din l-esperjenza,” sostna l-Ministru Bonnici.

 

Il-Kummissarju tal-Films, Johann Grech qal, “Produzzjonijiet bħal dawn huma importanti mhux biss għall-ekonomija tagħna, u għall-image ta’ pajjiżna, imma għax iservu ta’ opportunità biex inkomplubl-upskilling tal-crews Maltin u Għawdxin.”

 

Miktub minn Howard Overman, taħt id-direzzjoni ta’ David Caffreyflimkien ma’ Alice Troughton, is-serje tinkludi fost oħrajn lill-attriċi Ritu Arya, magħrufa aħjar minn ‘Umbrella Academy’ u l-attur TewfikJallab, magħruf mis-serje ‘Dark Hearts’. L-istorja ssegwi uffiċjali tal-MI6 li qed jinvestigaw attivament organizzazzjoni kriminali terrorista f’Belt Ewropea.



 
 
 

Comments


bottom of page