top of page

Il-festival tal-films EUNIC 2022 f’Malta



Kitba meħuda mill-Orizzont (It-Tlieta 11 ta’ Ottubru 2022) paġna numru 7


Il-festival tal-fi lms imsejjaħ il-European National Institutes of Culture (EUNIC) 2022 se jkun qiegħed isir f’Malta bejn l-Erbgħa 12 ta’ Ottubru u l-Ħadd 16 ta’ Ottubru 2022. EUNIC huwa network ta’ organizzazzjonijiet involuti f’relazzjonijiet kulturali internazzjonali.


Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici.


“Permezz tal-EUNIC Malta Cluster, qegħdin naħdmu favur l-impenn tagħna ta’ relazzjonijiet kulturali internazzjonali, li jirrifl etti dak li hemm miktub fi l-Politika u Strateġija Kulturali Nazzjonali li qiegħda tiġi implimentata mill-Kunsill Malti għall-Arti,” stqarr il-Ministru Bonnici.


Il-Kunsill Malti għall-Arti, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, se jkun qiegħed jagħti l-appoġġ tiegħu għall-parteċipazzjoni ta’ seba’ fi lms qosra fi l-EUNIC Film Festival, bit-tema tas-sostenibbiltà.


“Dan qiegħed isir ukoll bħala parti miċ-ċelebrazzjoni għas-sena 2022, li hija s-Sena Ewropea għaż-Żgħażagħ. Dawn is-seba’ fi lms qosra li se jintwerew kollha ġew prodotti minn żgħażagħ Maltin. B’hekk inkomplu nsaħħu l-importanza u t-trawwim ta’ impenn u proattività żagħżugħa fi ħdan is-settur,” ikkonkluda l-Ministru Bonnici.


Il-Kopresident tal-EUNIC Cluster Malta Erika Bernhard, Ambaxxatur tal-Awstrija, enfasizzat l-importanza tal-iskambju dwar is-sostenibbiltà u rringrazzjat lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, lill-Ministeru tal-Kultura, u lil Spazju Kreattiv għall-koperazzjoni eċċellenti fi t-tieni festival tal-fi lms Ewropew dwar is-sostenibbiltà.


Il-Kopresident tal- EUNIC, l-Ambaxxatur tal-Italja, Fabrizio Romano stqarr li, “L-Istitut Kulturali Taljan huwa onorat li, fl imkien mal-Ambaxxata tal-Awstrija, huwa kopresident tal-EUNIC Cluster Malta, li tnieda sentejn ilu u huwa punt ta’ referenza kulturali. Flimkien mal-istituzzjonijiet u r-rappreżentazzjonijiet l-oħra, l-għatal-kontribut tagħna huwa li nrawmu l-kultura Ewropea f’Malta u niffaċilitaw il-kooperazzjoni u r-rappreżentanza kulturali Ewropea mal-imsieħba kulturali lokali.”


Dan il-festival, li għandu l-appoġġ tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u Kummerċ, se jara s-sehem tal-ambaxxati tal-Awstrija, ta’ Franza, tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Polonja, ta’ Spanja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Ċeka, kif ukoll l-Alliance Française de Malte-Méditerranée, ir-Rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, u l- Kunsill Malti għall-Arti f’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ.


Id-dħul għall-festival tal-films Ewropew ta’ EUNIC huwa mingħajr ħlas. Għal aktar tagħrif żur: https://www. kreattivita.org/event/eunic-malta-fi lm-festival-2022/.






bottom of page