• Team Owen Bonnici

€95.5 Biljuni fi ħdan Horizon Europe - L-akbar baġit li qatt ingħata għar-riċerka u l-innovazzjoni



Din il-ġimgħa l-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u Strateġija għal Wara l-COVID-19 Dr. Owen bonnici ipparteċipa fit-tnedija tal-Horizon Europe li sar fl-Esplora fejn ingħata l-akbar u l-aqwa ammont ta’ fond biex jgħin lir-riċerkaturi jaħdmu u jkunu iżjed innovattivi.


Iż-żieda qawwija fil-budget ta' Horizon Europe, li llum jammonta għal €95.5 biljun, jagħti messaġġ politiku ċar f'livell Ewropew li r-Riċerka u l-Innovazzjoni huma fattur kruċjali li se jmexxu l-futur tagħna.


Hu u jitkellem dwar avveniment ta' tnedija ta' Horizon Europe f'Malta, il-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-ko-ordinazzjoni tal-istrateġija għal wara l-COVID-19 Dr Owen Bonnici qal li bla dubju Horizon Europe hu l-iktar programm ta' fondi Ewropej ambizzjuż għar-riċerka u l-innovazzjoni li qatt inħoloq u l-ikbar programm transnazzjonali fid-dinja kollha.


Dr Bonnici qal li li l-importanza lir-Riċerka u l-Innovazzjoni qed tiġi riflessa f'livell nazzjonali bis-saħħa ta' numru ta' deċiżjonijiet li ttieħdu, inkluż il-ħolqien ta' Ministeru ġdid iddedikat lir-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-żieda tal-budget tal-programm nazzjonali fir-Riċerka u l-Innovazzjoni li tmexxi l-MCST u l-investiment f'European Partnerships u skemi oħrajn nazzjonali li tmexxi l-MCST u li għandha l-għan li żżid il-parteċipazzjoni ta' entitajiet Maltin f'Horizon Europe.


"Il-partiċipazzjoni attiva ta' entitajiet u riċerkaturi Maltin fil-programm ta' Riċerka u Innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea se twassal fil-ħolqien ta' swieq u impiegi f'Malta. Il-parteċipazzjoni Maltija se tattira wkoll l-aħjar talenti li jibqgħu f'Malta u oħrajn biex jingħaqdu magħhom, sew jekk riċerkaturi individwali jew kumpaniji ikbar biex iniedu d-dipartimenti tar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni hawnhekk," qal Dr Bonnici.


Il-Ministru Bonnici qal li t-tnedija ta' dan il-programm timmarka l-bidu tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni li se jgħin biex jissaħħu teknoloġiji li jagħmlu d-differenza u li allura se jwasslu għal innovazzjoni "game-changing" u dan bis-saħħa ta' għajnuniet diretti lill-istart-ups u SMEs l-iktar innovattivi u li għandhom potenzjal. B'hekk se titfassal ġenerazzjoni ġdida ta' kumpaniji li jmexxu lill-bqija ta' kumpaniji l-oħra tad-dinja bbażati fl-Ewropa. Dan anke wara li Malta diġà pparteċipat f’Horizon 2020 fejn l-istatistika turi li aktar minn 220 riċerkatur lokali gawdew minn total ta’ €32 miljun li ffinanzjaw 160 proġett.


"Il-fatt li l-programm framework ta' Riċerka u Innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea Horizon Europe qed jipproponi dik li tissejjaħ 'Missions approach' tista' tgħin biex jitfasslu miri wiesa' u ambizzjużi biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-socjeta'. Ir-Ricerka u l-Innovazzjoni tista' tghin biex tikkoncilja t-tkabbir ekonomiku u l-produttività mal-kwalità tal-ħajja u s-saħħa pubblika, waqt li nassiguraw l-aħjar livell ta' protezzjoni ambjentali," qal il-Ministru Bonnici.


Preżenti wkoll kien hemm Dr Jeffrey Pullicino Orlando, Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, li stqarr li hemm evidenza għall-importanza tas-settur tar-Riċerka u l-Innnovazzjoni f’Malta hekk kif matul is-snin ġie nnutat żieda fil-pateċipazzjoni.

Il-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-ko-ordinazzjoni tal-Istrateġija għal wara covid-19 Dr Owen Bonnici qassam ukoll il-Horizon 2020 Malta Awards lil diversi persuni li pparteċipaw b'suċċess fi proġetti ta' riċerka u l-innovazzjoni fi ħdan il-programm preċedenti ta' fondi ta' l-Unjoni Ewropea li għadu kemm ingħalaq.


Dawn il-premijijiet tqassmu skont id-diversi kategoriji: għall-iktar SME Innovattiv, għall-iktar impatt fuq is-saħħa, Sigurtà jew Smart Mobility, għall-iktar proġett li ħalla impatt fil-qasam tax-xjenzi tal-baħar, għall-iktar proġett ambjentali, għall-aħjar promozzjoni tas-suġġetti STEM, għall-aqwa premju Innovattiv u għall-iktar Riċerkatur Attiv.


Ir-rebbieħa huma BrianTrip għall-proġett The EEG Dementia Index, AcrossLimits għall-proġett Bio2Excel, Naval Architecture Services għall-proġett Venture, Epsilon Malta għall-proġett SIM4Nexus, mill-ġdid Acrosslimits għall-proġett ERA4STEM, AcquaBioTech Limited għall-proġett iFishIENCi u Georgios N Yannakakis għall-kontribuzzjoni ta' riċerka attiva tiegħu fi ħdan il-programm.


Il-Ministru Bonnici saħaq li r-riċerka u l-innovazzjoni huma l-futur tad-dinja; u dan se jkun il-bażi f’pajjiżna.


Il-Ministru Bonnici f'laqgha mal-For.U.M. dwar il-ko-ordinazzjoni tal-istrategija ghal wara l-COVID-19


Fi tmiem il-ġimgħa wkoll, Il-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni u l-ko-ordinazzjoni tal-istrateġija għal wara l-COVID-19 Dr Owen Bonnici ltaqa' virtwalment mal-Konfederazzjoni ta' Tradeunions Maltin For.U.M. fejn tkellem magħhom dwar il-proċess li jinsab għaddej dwar il-ko-ordinazzjoni tal-istrateġija għal wara l-COVID-19.


Waqt li matul il-laqgħa ġew ukoll diskussi numru ta' punti li fil-fehma tal-For.U.M. għandhom jingħataw prijorità f'din l-istrateġija, Dr Bonnici sostna li parti integrali mill-istrateġija, li se tkun varata qabel tmiem it-tieni kwart tas-sena kurrenti, se tkun il-konsultazzjoni mal-istakeholders ewlenin. Huwa saħaq li l-istrateġija se tagħti importanza mhux biss l-aspett ekonomiku imma anke dak soċjali fil-kuntest ukoll tat-transizzjonijiet ambjentali u diġitali li huma fuq l-aġenda tal-pajjiż.


Matul il-laqgħa Dr Bonnici kien akkumpanjat mic-Chairperson tal-core group il-Professur Simone Borg u s-Segretarja Permanenti s-Sinjura Joyce Dimech.





3 views0 comments