top of page

L-Avukat Ġenerali Peter Grech jinħatar f'kariga Ewropea



L-Avukat Ġenerali Peter Grech inħatar Viċi-President tan-Network ta’ Prosekuturi Ġenerali fil-Qrati Supremi jew Istituzzjonijiet Ekwivalenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Il-ħatra saret waqt il-laqgħa annwali ta’ dan in-Network li saret f’Pariġi fis-17 u fit- 18 ta’ Mejju 2018.

Din il-laqgħa kienet ukoll tfakkar l-għaxar anniversarju tat-twaqqif tan-Network fuq inizjattiva ewlenija tal-eks Prokuratur Ġenerali fil-Qorti ta’ Kassazzjoni Franċiża Jean-Louis Nadal. L-assemblea tan-Network, li kienet preseduta mill-Prokuratur Ġenerali fil-Qorti ta’ Kassazzjoni Franċiża Jean Claude Marin, qablet ukoll li l-laqgħa ġenerali tan-Network għas-sena 2021 issir f’Malta.

Comments

Couldn’t Load Comments
It looks like there was a technical problem. Try reconnecting or refreshing the page.
bottom of page