• Team Owen Bonnici

Erba’ ministri tal-ġustizzja, inkluż dak Malti, jisħqu li m’għandux ikun hemm post għall-mibegħda fu



Ritratt: MJCL

Il-ministri tal-ġustizzja ta’ Malta, l-Iżrael, l-Italja u l-Greċja ddikjaraw li d-dinja online m’għandhiex tkun post fejn tiġi fomentata mibegħda razzjali, antisemita, jew xenofobika ta’ kwalunkwe xorta għaliex din tkun ta’ ħsara għad-demokrazija u l-valuri ewlenin ta’ tolleranza li nemmnu fihom.

F’konferenza li ttellgħet fl-Iżrael, il-ministri għall-ġustizzja Owen Bonnici, Ayelet Shaked, Andrea Orlando u Stravros Kontonis saħqu li għalkemm id-dinja elettronika hija waħda virtwali, l-effetti negattivi li l-hate speech iwelldu għandhom effetti reali fil-ħajja ta’ kuljum. Huma qalu li l-kumpaniji li joffru pjattaformi ta’ social media għandhom ikunu sensittivi għall-ħtieġa li jirreaġixxu b’mod effettiv u malajr kemm jista’ jkun biex ma tiġix imxerrda l-mibegħda razzjali, xenofobika jew ta’ xorta oħra.

Il-Ministru Bonnici qal li l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, lura fit-28 ta’ Novembru 2008, kien fassal Framework Decision biex jiġu kumbattuti ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u xenofobija, liema Framework Decision kienet ġiet implimentata bis-sħiħ f’pajjiżna u msaħħa ulterjorment matul il-leġiżlatura li għaddiet. Huwa qal li l-pajjiżi m’għandhomx biss jikkriminalizzaw it-tixrid tal-mibegħda fuq l-internet, imma għandhom ukoll ixerrdu narattivi pożittivi li jħallu effett b’saħħtu ħafna kontra t-tixrid tal-mibegħda.

Huwa saħaq li wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Framework Decision, ġiet reġistrata koperazzjoni b’saħħitha u tajba minn għadd ta’ pjattaformi ta’ social media, inkluż Facebook, u ħeġġeġ biex iktar pjattaformi ta’ social media jkollhom sistemi effettivi biex ma jħallux it-tixrid tal-mibegħda razzjali jew xenofobika fuq l-internet.


  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo