• Team Owen Bonnici

Il-Ministru Bonnici jiltaqa' ma' delegazzjoni tal-Commonwealth Local Government Forum



Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, ltaqa’ ma’ delegazzjoni mill- Commonwealth Local Government Forum (CLGF).

Waqt din il-laqgħa ma’ Dr Greg Munro, is-segretarju ġenerali ta’ CLGF, ġew indirizzati s-suġġetti li se jiġu diskussi fil- Commonwealth Local Government Conference 2017.

Il- Commonwealth Local Government Conference se tiffoka fuq il-Kunsilli Lokali u l-Gvernijiet Lokali u hija t-tieni l-akbar konferenza organizzata mill-Commonwealth. Din il-konferenza se tittella’ għall-ewwel darba f’Malta fil-21 ta’ Novembru, fejn għal darb’ oħra, pajjiżna se jkun fil-qofol ta’ fejn id-deċiżjonijiet jiġu meħuda. Madwar 500 delegat u nies li jfasslu l-politika se jiġu Malta għal din il-konferenza. It-tema tagħha hija: F’saħħitna għall-Futur: Riżorsi u Kapaċità għal Gvern Lokali Effettiv.

Fost affarijiet oħra, il-konferenza se tiffoka fuq l-għoti ta’ setgħat fil-gvern lokali bħala sieħeb sħiħ fl-iżvilupp ta’ komunitajiet sostenibbli, fuq gvernijiet lokali li jaħdmu biex ikunu aktar effiċjenti u effettivi, u fuq eknomiji lokali b’saħħithom bħala bażi ta’ żvilupp lokali effettiv.

Il- Commonwealth Local Government Forum jaħdem biex jippromwovi u jsaħħaħ il-gvern demokratiku lokali fil-Commonwealth, u biex jinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattika – b’ konferenzi u avvenimenti, proġetti ta’ assistenza teknika u riċerka.

#Commonwealth

  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo