top of page

Inħarsu l-identità tagħna permezz tal-ħarsien tal-wirt storiku fil-komunità



STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI: Inħarsu l-identità tagħna permezz tal-ħarsien tal-wirt storiku fil-komunità

“Huwa importanti li nħarsu l-patrimonju kulturali mhux biss fuq livell nazzjonali imma wkoll dak il-wirt kulturali li jinsab f’diversi rħula Maltin u Għawdxin”, qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici waqt it-tnedija uffiċjali tat-tieni ktieb mis-sensiela Għamlulna Ġieħ.

Il-Ministru Bonnici qal li sar ħafna xogħol minn dan il-Gvern fejn jidħol ħarsien tal-wirt kulturali Malti, b’mod speċjali r-restawr ta’ diversi siti storiċi. Madanakollu, huwa żied jgħid kif għaqdiet fl-irħula għandhom rwol importanti fejn jidħol ħarsien ta’ wirt kulturali

fuq livell ta’ komunità, bir-riżultat aħħari jkun il-ħarsien tal-identità tagħna, biex b’hekk inkunu nistgħu nkomplu nżommu l-wirt kulturali ħaj.

Dan il-ktieb ifakkar ix-xogħol kbir li l-kompożitur magħruf Żejtuni Carlo Diacono għamel fil-qasam mużikali u operistiku, ħolqa oħra ta’ informazzjoni dwar persuni Żwieten li għamlu ġieħ liż-Żejtun u li ser inissel apprezzament akbar lejn l-istorja tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna.​

bottom of page