top of page

Owen Bonnici elett fit-tieni post wara Joseph Muscat



Owen Bonnici se jkun qed iservi t-tielet leġiżlatura tiegħu fil-Parlament wara li għal darb'oħra ġie elett għall-ogħla istituzzjoni ta' pajjiżna.

Huwa ġie elett fit-tieni post fuq il-Ħames Distrett elettorali wara l-Prim Ministru Joseph Muscat. Fil-fatt, Owen Bonnici kien il-kandidat li l-iktar ħa preferenzi wara l-Prim Ministru.

F'kummenti li ta, Dr Bonnici rringrazzja lill-votanti kollha taż-zżewg distretti li jikkontesta fihom, jiġifieri t-tielet u l-ħames distretti tal-appoġġ u l-kuraġġ li tawh bil-vot tagħhom. Huwa wiegħed li se jkompli jwettaq ħidma favur pajjiżna b'iktar enerġija u esperjenza u iktar qrib in-nies minn qatt qabel.

bottom of page