Siġġijiet ġodda u sistema ta’ akklimatizzazzjoni għal esperjenza aħjar fit-Teatru Manoel
Il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia żaru t-Teatru Manoel u ħabbru dettalji dwar il-proġett il-ġdid għal esperjenza aħjar fit-teatru nazzjonali. B’dan il-proġett qed insostnu, nikkonsolidaw u niżviluppaw aktar il-wirt kulturali Malti permezz ta’ sistema ta’ ventilazzjoni u ta’ akklimatizzazzjoni u ta’ riabilitazzjoni tas-saqaf kif ukoll siġġijiet ġodda fil-platea. “Bis-saħħa ta’ proġett ta’ dan il-kalibru, qed insostnu u nsebbħu filwaqt li nippr