Il-kultura Maltija esebita barra minn xtutna—il-presepju artistiku Malti issa f’Betlem
Matul is-sena l-oħra saret kompetizzjoni nazzjonali organizzata mid-Direttorat tal-Kultura u Heritage Malta sabiex jingħażel presepju artistiku bl-għan li jiġi esebit fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan. Il-presepju rebbieħ kien dak disinjat u magħmul mill-artist Għawdxi Manwel Grech u t-team tiegħu, u din is-sena se jkun qiegħed jiġi esebit f’Betlem, fi Pjazza tal-Maxtura. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li issa kollox jinsab lest sabiex