top of page

ŻiguŻajg - il-Festival tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ 2023 jirritorna għat-13-il Edizzjoni tiegħu




ŻiguŻajg - il-Festival tal-Arti għat-Tfal u ż-Żgħażagħ se jirritorna għat-13-il edizzjoni tiegħu, u se jkun qiegħed jittella’ bejn l-10 u d-19 ta’ Novembru 2023.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici enfassiza lir-rwol tal-festival fl-iżvilupp kulturali u artistiku tat-tfal.


“L-arti taż-żfin, id-drama, u l-mużika, fost oħrajn, jippermettu lit-tfal u ż-żgħażagħ jikkomunikaw b'numru ta' modi. Infatti, dan il-festival jgħin fl-iżvilupp tal-kreattività u joffri spazju biex it-tfal u ż-żgħażagħ jesploraw u jiżviluppaw it-talenti artistiċi tagħhom,” temm jgħid il-Ministru Bonnici.


Rupert Cefai, iċ-Ċermen ta’ Fondazzjoni Kreattività, sostna “Dan il-festival wera li huwa sors ta’ divertiment, iżda aktar importanti minn hekk, huwa sors ta’ ispirazzjoni għall-ġenerazzjonijiet futuri. Is-sinifikat ta’ ŻiguŻajg huwa li jsaħħaħ l-esperjenzi kulturali u artistiċi tal-udjenza tiegħu, partikolarment taż-żgħażagħ.”


Id-Direttriċi tal-Festival Marta Vella enfasizzat id-dedikazzjoni tal-festival biex jipprovdi esperjenzi indimentikabbli għal udjenzi żgħażagħ u jrawwem il-passjoni tagħhom għall-arti. “Sa mill-bidu tiegħu fl-2011, rajna l-impatt inkredibbli ta' dan il-festival fuq il-ħajja tat-tfal, bit-trawwim tal-kreattività tagħhom u l-imħabba tagħhom għall-arti,” temmet tgħid is-Sa Vella.


Għal aktar informazzjoni, biljetti, u aġġornamenti, żur www.ziguzajg.org







Opmerkingen


bottom of page