Open Site Navigation

The Three Tenors jirritornaw fi Pjazza San Ġorġ



Opera in the City – The Three Tenors jirritorna aqwa u akbar din is-sena f’kunċert bis-sehem tal-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-direzzjoni tas-Surmast Michael Laus.

Dan il-kunċert ser jittella’ fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, nhar is-Sibt l-4 ta’ Ġunju 2022 fit-8.30pm.


Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici.


Opera in the City – The Three Tenors huwa kunċert annwali fil-programm tal-Aġenzija Kulturali għall-BeltValletta bis-sehem tat-tliet tenuri Maltin ta’ fama internazzjonali Nico Darmanin, Cliff Zammit Stevens, u Alan Sciberras akkumpanjati mill-Malta Philharmonic Orchestra.


Il-Ministru Bonnici qal, “Dan se jkun avveniment speċjali għall-Belt Valletta, se jistieden lill-udjenza għal vjaġġ mill-isbaħ ta’ mużika. Avveniment li se jkompli jesebixxi l-kultura Maltija, fil-forom differenti tagħha.”


“Permezz ta’ Opera in the City – The Three Tenors, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qed ittella’ avvenimenti artistiċi, b’mod partikolarli l-opera (bel canto), fil-qalba tal-Belt Valletta. Filwaqt li nwieġbu għaddomanda ta’ avvenimenti bħal dawn, qed nippromovu l-Belt Valletta”, tenna ċ-Chairperson tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Jason Micallef.

Opera in the City - The Three Tenors joffri serata ta’ melodiji famużi mad-dinja kollha u dan huwa t-tielet kunċert mis-serje li qed jittella’ wara s-suċċess tal-ewwel u t-tieni edizzjoni. Ir-ripertorju tas-serata huwa wieħed milliktar melodiċi u jinkludi bosta siltiet popolari minn dawn it-tliet tenuri b’vuċijiet uniċi. Dan il-kunċert joffri mhux vuċi waħda iżda tliet vuċijiet mill-aqwa, li ser jinterpretaw uħud mill-aqwa arji u siltiet oħra li flimkien malMPO, żgur jinżlu għasel mal-udjenza.


L-idea għal kunċerti bħal dan twieldet f’Diċembru 2020 meta l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bdiet torganizza avvenimenti intimi fuq skala żgħira fi Pjazza Repubblika, ħdejn il-Biblijoteka. Filwaqt li l-biljetti huma limitati, dan il-kunċert qed jittella’ fuq skala akbar fi Pjazza San Ġorġ bil-biljetti għall-postijiet bilqegħda. Ser ikun hemm ukoll żona b’aċċess miftuħ u mingħajr ħlas, għal min jixtieq joqgħod bilwieqfa.




5 views