top of page

Struttura ġdida tas-salarji għall-ħaddiema ta’ Malta Libraries

ree

 

Wara diversi xhur ta’ negozjati mar-Relazzjonijiet Industrijali (RIU) fi ħdan is-Servizz Pubbliku, Malta Libraries se jkollha struttura ġdida u komprensiva ta’ salarji għall-perjodu 2025–2028, li għandha l-għan li tirrikonoxxi u tippremja d-dedikazzjoni u l-mertu tal-impjegatitagħha.

 

Il-firma tal-ftehim ġiet ippreseduta mill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici.

 

Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif dan il-ftehim ġdid se jara żidietfil-pagi u allowances għall-impjegati, bil-għan li jittejbu l-pakketti ta’ kumpens u benefiċċji tagħhom b’mod ġenerali.

 

Il-bidliet ewlenin f’din l-istruttura ġdida se jinkludu żieda fil-pagabażika u introduzzjoni ta’ allowances ġodda.

 

Il-Ministru Bonnici tenna li l-iskop mhuwiex biss wieħed finanzjarju. Dan ifittex ukoll li jipprovdi gwida ċara dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, bl-għan li jservi bħala aspirazzjoni għal impjegati futuri.

 

“Dan huwa tassew Gvern li jinvesti fil-ħaddiema tagħna. Malta Libraries qed tistinka sabiex tipprovdi kumpens xieraq lill-impjegatitagħha għall-ħidma tagħhom. Flimkien qed naħdmu biex il-ħaddiemajkollhom l-opportunità li jkomplu javvanzaw fil-karrieri personalitagħhom,” temm jgħid Dr Bonnici.

 

Cheryl Falzon, il-Librar Nazzjonali u Kap Eżekuttiv ta’ Malta Libraries, qalet: “Kburin li nħabbru din l-istruttura ġdida tas-salarji li turi l-impenn tagħna lejn il-ħarsien u l-iżvilupp professjonali tal-impjegati tagħna. Din l-inizjattiva mhux biss ittejjeb is-sitwazzjonifinanzjarja tagħhom, imma għandha wkoll l-għan li tispira timmotivat, impenjat u b’livell għoli ta’ prestazzjoni, iddedikat li jaqdi l-pubbliku b’eċċellenza.”



 
 
 

Comments


bottom of page