top of page

Skema t'għajnuna ta’ €500,000 għall-għaqdiet li jippromwovu tradizzjonijiet relatati mal-festi




Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li se titnied skema ta’ għajnuna finanzjarja ta’ darba, immirata biex tappoġġa każini tal-baned lokali u għaqdiet volontarji relatati, florganizzazzjoni tal-festa matul is-sena 2022. Din l-iskema hija miftuħa għall-każini tal-banda, għall-kmamar tannar u għall-għaqdiet tal-armar li pparteċipaw b’mod attiv jew se jipparteċipaw b’mod attiv f’festa matul is-sena 2022.

Il-Ministru Bonnici qal, “Bħala gvern nemmnu li din l-iskema hija importanti biex jibqa’ jingħata appoġġ lillgħaqdiet li jippromwovu tradizzjonijiet lokali relatati mal-festi. Dawn l-iskemi se jkomplu jsaħħu l-kapaċitajiet tal-voluntiera biex ikomplu jwettqu l-ħidma sfiqa, anke wara d-diffikultajiet li ġarrbu minħabba l-pandemija.”


Kull grupp ta’ għaqdiet volontarji li jaħdmu flimkien għall-istess għan jistgħu jirċievu sa massimu ta’ €6000, b’€2000 allokati għal kull xorta ta’ għaqda volontarja – jiġifieri jew soċjetà mużikali jew għaqda tal-armar jew għaqda tan-nar. Jekk entità volontarja twettaq żewġ jew tliet funzjonijiet, allura hi eliġibbli għall-ammont ta’€4000 jew ta’ €6000 rispettivament.


“Permezz ta’ din l-iskema qed nirrikonoxxu d-diffikultajiet li għaddew minnhom diversi organizzazzjonijiet volontarji minħabba l-pandemija tal-COVID-19”, qalet Mary Ann Cauchi, Direttur fi ħdan il-Kunsill Malti għallArti. Hija tenniet li l-Kunsill Malti għall-Arti jagħraf bis-sħiħ l-importanza li jitħarsu u jippromwovu ttradizzjonijiet lokali bħala parti mill-identità nazzjonali ta’ pajjiżna. Barra minn hekk dan l-appoġġ se jkompli jsaħħaħ ir-rikonoxximent tal-festa Maltija, kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna.

Il-linji gwida u l-applikazzjonijiet se jkunu disponibbli onlajn mill-Ġimgħa 27 ta’ Mejju 2022. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lill-Kunsill Malti għall-Arti fuq 23347230 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-09:00 u l-16:00, jew jibgħat email fuq fundinfo@artscouncil.mt jew iżur artscouncil.mt.




Comentarios


bottom of page