top of page

Jitnieda l-Karnival 2023

Kitba meħuda mill-Orizzont (Il-Ġimgħa 10 ta’ Frar 2023) paġna numru 9



Wara sentejn ta’ edizzjonijiet ridotti, din is-sena l-Karnival ta’ Malta se jirritorna fi l-format oriġinali tiegħu bejn is-17 u l-21 ta’ Frar 2023. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet, li matulha ngħataw dettalji tal-Karnival 2023.


Il-Ministru Bonnici sostna li l-Karnival huwa wieħed mill-iżjed appuntamenti importanti fi l-kalendarju kulturali Malti, u għalhekk il-Gvern hu kommess li jkompli jinvesti fi h. “Dan ma jingħadx bil-kliem biss iżda nuruh bil-fatti wkoll permezz tal-investiment ta’ 1.2 miljun fi tractors u trailersbiex jintużaw mill-karristi fi l-Karnival ta’ Malta,” qal il-Ministru Bonnici.


Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta Aaron Zahra qal li l-livell tal-Karnival ta’ Malta diġà huwa wieħed għoli imma permezz tal-investimenti li Festivals Malta qed jagħmel f’dan il-festival, persważ li se nkomplu ngħolluh. “Din is-sena se norganizzaw Karnival li jħares il-miżuri ambjentali, Karnival sostenibbli, u Karnival li jagħti importanza massima lis-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti u lill-udjenza numeruża li tattendi bi ħġarha għal dan il-festival.”


Id-direttur artistiku tal-Karnival, Jason Busuttil, tkellem dwar il-programm estensiv ta’ din is-sena. “Danil-programm ma setax ikun possibbli mingħajr id-dedikazzjoni kbira ta’ kull min jaħdem fuq dan il-festival minn wara l-kwinti, speċjalment il-parteċipanti li jinvestu tant ħin fi l-kreazzjonijiet tagħhom. Ta’ kull sena l-parteċipanti jgħollu l-livell tal-karrijiet, taż-żfin u l-kosztumi li jipproduċu, perz din is-sena l-livell huwa wieħed impekkabbli,” qal is-Sur Busuttil.


Annabelle Stivala, il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, qalet li l-Karnival ta’ Malta huwa wieħed mill-akbar u l-eqdem festivals li jorganizza Festivals Malta, b’hekk l-aġenzija se tkompli taħdem biex dan jibqa’ jiżviluppa maż-żminijiet fi lwaqt lijżomm qrib it-tradizzjonijiet tiegħu.


Din is-sena Festivals Malta se jkun qed jintroduċi miżuri ġodda għall-ġbir tal-iskart permezz ta’ kontenituri apposta waqt il-Karnival ta’Malta, kif diġà sar waqt in-Notte Bianca. Din l-inizjattiva qiegħda ssir biex l-iskart li jiġi ġġenerat mill-festival jiġi miġbur u separat b’mod responsabbli sabiex il-festival ikun iktar sostenibbli.



5 views

Recent Posts

See All
bottom of page