Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar l-aħħar dettalji għas-47 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu. Dan l-avveniment popolari se jittella’ nhar is-Sibt 5 ta’ Awwissu fid-20:45 fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni tal-Mro. Paul Abela.
Il-Ministru Bonnici spjega li l-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival ittellgħet eżatt 50 sena ilu fil-Belt Valletta u qal li matul dan iż-żmien kollu, l-avveniment l-Għanja tal-Poplu baqa’ jiġbed lejh kemm żgħażagħ kif ukoll artisti stabbiliti li għandhom għal qalbhom il-kanzunetta Maltija.
“B’kollox din is-sena kellna konkorrenza ta’ 142 kanzunetta u minnhom intgħażlu l-aħjar 16. Nemmen li permezz ta’ avvenimenti bħal dawn inkomplu nimbuttaw ’il quddiem il-lingwa Maltija,” temm jgħid il-Ministru Bonnici.
Il-mistiedna speċjali ta’ din is-sena hija Merga li se tinterpreta żewġ kanzunetti sbieħ mis-snin sittin u sebgħin b’arranġament orkestrali tal-Mro. Joe Brown. Il-festival se jkun ippreżentat mill-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw online minn www.ticketline.com.mt. Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.ghanjatalpoplu.org.
Dan il-festival huwa organizzat bil-kollaborazzjoni ta’ Pjazza Teatru Rjal u huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti.
Aktar tagħrif:
Il-kanzunetti finalisti tas-47 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu (f’ordni ta’ kif se jkunu ppreżentati fis-serata finali) huma:
Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur)
01. Il-Baħħ u Jien – Christian Arding (Natasha Grima, Natasha Grima u Charlene Grech)
02. Ġenn Ż – JAMM Band (Christopher Abela Mizzi u Mark Cachia)
03. Għal Xejn – Jodi Zerafa Heckenlaible (Ian Zerafa)
04. Meravilja – Mark Spiteri Lucas u Debbie Scerri (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
05. Maltija – Kayley Cuschieri (Joe Julian Farrugia, Philip Vella)
06. O Żmien Ħlejju – Xelin (Etienne Micallef, Dominic Cini)
07. X’Għarukaża – Graziella u Kirsten Mifsud Schembri Vella (Etienne Micallef, Priscilla Giordano Psaila)
08. Katina – Laura Bruno (Paul Ellul, Mark Spiteri Lucas)
09. Kreattività tal-Pastizzi – Kapitlu Tlettax u Grecia Bezzina (Emil Calleja Bayliss u Kapitlu Tlettax, Kapitlu Tlettax)
10. Għadu Ma Sarx – Kelsey Bellante (Lon Kirkop)
11. Mitlufin – Janelle Rapa (Mark Cachia, Glen Vella)
12. Naħdmu Flimkien – Walter Micallef u Philip Vella (Walter Micallef, Philip Vella)
13. Mhix Imħabba – Charlene Rae (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas)
14. Kelma Bejn Tnejn – Joseph Refalo (Joe Julian Farrugia, Pamela Bezzina)
15. Monokrom – Jean Claude Vancell (Jean Claude Vancell)
16. Il-Perfezzjoni Illużjoni – Audrienne (Emil Calleja Bayliss u Audrienne Fenech, Cyprian Cassar)
Comments