top of page

JIRRITORNA L-BELAND MUSIC FESTIVAL BL-AQWA TALENT LOKALI U INTERNAZZJONALI

Updated: Nov 9, 2022


Kitba meħuda mill-gazzetta ‘it-Torċa’ (Il-Ħadd 30 ta’ Ottubru 2022) paġna numru 2


Bejn id-9 u t-12 ta` Diċembru fit-8:00 p.m.


Wieħed mill-aktar avvenimenti mistennija fin-nofsinhar ta` Malta reġa’ wasal, din id-darba b’lista ta` artisti u spettakli li żgur ser jerġgħu jiġbdu l-folol li l-Beland Music Festival sar magħruf għalih.

Il-festival mifrux fuq tmiem il-ġimgħa ser jinvolvi taħlita ta’ artisti rinomati lokali u internazzjonali flimkien ma` artisti u ġeneri ġodda li ser ikunu qed jipparteċipaw f’dan l-avveniment għall- ewwel darba.

Il-festival organizzat min tim ta` voluntiera beda fl-2011 bil-mira li jkun ta` pjattaforma għall-iżvilupp u promozzjoni tat-talent lokali fil-qasam mużikali, dan billi jippreżenta taħlita ta` artisti stabbiliti ma` dawk ġodda. Din tgħati laqta nteressanti u atmosfera attraenti li tgħati l-opportunita` l-udjenza tapprezza l-firxa tat-talent mużikali f’pajjiżna.

Il-festival ser isir bejn id-9 u it-12 ta` Diċembru u jibda fit8:00pm.

Il-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru l-ispettaklu jibda b’xow mill-grupp ‘The Travellers’.


Is-Sibt 10 ta’ Diċembru, kunċert kbir min ‘Ira Losco’.

Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru, ser jittella spettaklu mill-Banda Beland flimkien ma` numru ta` kantanti stabbiliti b’xelta ta’ mużika pop.

Kollox jagħlaq it-Tnejn 12 ta’ Diċembru, lejlet festa pubblika, b’kunċert mill- grupp internazzjonali BoyzLife mgħamul mill-kantanti li kienu jgħamlu parti mill-gruppi Boyzone u Westlife. Dan l-spettaklu ser ikun qed jippreżenta l-aqwa diski ta` dawn iż-żewġ gruppi ta` fama mondjali għal-ewwel darba f’pajjiżna. Il-Beland Music Festival ser isir taħt tinda kbira f’Misraħ is-Suq iż-Żejtun. L-entratura hija b’donazzjoni mal-bieb, filwaqt li biljetti VIP jistgħu jinxtraw min showshappening.com



bottom of page