top of page

Jinfetħu l-applikazzjonijiet għal Mużika Mużika 2023

Kitba meħuda mill-Orizzont (| It-Tlieta 2 ta’ Awwissu 2022) paġna numru 9.



Infetħu l- applikazzjonijiet għall-edizzjoni li jmiss tal-festival Mużika Mużika li se jsir bejn it-23 u l-25 ta’ Marzu 2023.


Il-Ministru għall-Wirt Naz zjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici li nieda l-applikazzjonijiet faħħar it-tim organizzattiv għax-xogħol tajjeb li qed isir f’dan il-festival.


Il-Ministru Bonnici qal li se jitkompla l-investiment f’dan il-festival li jservi wkoll bħala pjattaforma fejn l-artisti jesponu t-talenti tagħhom bil-lingwa nattiva ta’ Malta.


Huwa żied ifi sser iċ-ċelebrazzjoni tal-ġmiel tal-kanzunetta Maltija u qal li “se nkomplu naħdmu biex dan il-festival ikompli jkun ta’ suċċess sena wara sena u jibqa’ jkun appuntament annwali. Irridu niżguraw li aktar kantanti Maltin ikollhom opportunitajiet biex ikomplu jibnu l-karrieri mużikali tagħhom b’mod professjonali u bl-ogħla livell, kif nistgħu naraw f’dan il-festival.’’


Il-premjijiet ta’ Mużika Mużika 2023 se jkunu ta’ €20,000 għall-ewwel post, €10,000 għat-tieni post u €5,000 għat-tielet post. Is-sottomissjonijiet għal Mużika Mużika 2023 jistgħu jsiru kemm online fuq is-sit www.muzikamuzika.mt , kif ukoll bl-idejn fl -uffi ċini ta’ Festivals Malta, il-Furjana.


Iċ-Chairman ta’ Mużika Mużika s-Sur Raymond esprima x-xewqa tiegħu li għall-edizzjoni li ġejja, Mużika Mużika jkompli jilħaq ġeneri mużikali aktar diversi. “Mużika Mużika kontinwament jissupera l-aspettativi, kemm fuq livell ta’ produzzjoni, kif ukoll fl -ambitu kreattiv. Inħeġġeġ lill-kantanti, il-kompożituri u l-awturi biex ma jitilfux l-opportunità li jkunu parti mill-istorja ta’ dan il-festival tant prestiġjuż.”


Iċ-Chairman ta’ Festivals Malta s-Sur Aaron Zahra tkellem fuq l-importanza ta’ Mużika Mużika kemm għal Festivals Malta kif ukoll għal-lingwa Maltija. Is-Sur Zahra kompla jgħid, “Aħna se nikkommettu ruħna li għal darb’oħra nipproduċu festival tal-ogħla livell, kemm għall-kantanti, il-kompożituri u l-awturi li se jieħdu sehem, kif ukoll għall-udjenzi tagħna.”




Komentáře


bottom of page