top of page

Ir-Reġjun tan-Nofsinhar se jkun ir-Reġjun Kulturali għall-2023


Kitba meħuda mill-Orizzont (Is-Sibt 24 ta’ Settembru 2022 ) paġna numru 1




L-arti u l-kultura għandhom rwol kruċjali fil-kisba ta’ żvilupp inklussiv u sostenibbli u jgħinu biex jagħtu ħajja ġdida lil-lokalitajiet tagħna, aktar u aktar meta meħuda fl-isfond ta’ bażi reġjonali. Għal dan il-għan ġie mniedi l-proġett Reġjuni Kulturali li se jkun qed jissostitwixxi l-iskema Belt jew Raħal Kulturali. Dan il-proġett se jiġi fis-seħħ mis-sena dieħla, jiġifieri s-sena 2023, fejn l-ewwel programm kulturali għal sena sħiħa se jiġi mtella’ mir-Reġjun Nofsinhar.


Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali OwenBonnici qal li dan il-proġett jimxi id f’id mal-Politika Nazzjonali dwar il-Kultura fejn ġie enfasizzat li l-Kunsilli Reġjonali u Lokali se jingħataw żieda b’responsabbiltà definita tal-istrateġiji kulturali reġjonali bbażati fuq il-prinċipji u l-objettivi tal-politika nazzjonali fis-settur.


“Il-proġett se jgħin biex ikun hemm il-parteċipazzjoni ta’ bosta prattikanti fis-settur kulturali”


“Din il-politika tipprovdi prinċipji orizzontali li fuqhom huma bbażati strateġiji kulturali reġjonali f’kull qasam kulturali,” qal il-Ministru Bonnici u saħaq li dan il-proġett se jgħin biex ikun hemm il-parteċipazzjoni ta’ bosta prattikanti fis-settur kulturali u artistiku, organizzazzjonijiet u sħab kreattivi fuq livell reġjonali fejn diversi kunsilli se jaħdmu flimkien.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli spjegat li l-għan ewlieni li jiġi ċċelebrat Reġjun Kulturali huwa biex tiżdied u tissaħħaħ il-promozzjoni tal-kultura Maltija u l-wirt kulturali uniku tal-lokalitajiet. “Hekk inkomplu nħeġġu l-apprezzament lejn il-kultura Maltija u nkunu pass eqreb li nkomplu nippreservaw il-Kultura Maltijagħall-ġenereazzjonijiet ta’ warajna” saħqet is-Segretarju Parlamentari.


Is-Segretarju Permanenti Joyce Dimech spjegat kif permezz tar-Reġjun Kulturali tas-sena għandna l-opportunità li nimplimentaw partijiet sostanzjali ta’ strateġiji kulturali tas-sitt reġjuni li se jkunu qegħdin jiġu varati fl-aħħar ta’ din is-sena.




Σχόλια


bottom of page