top of page

Imħabbra r-rebbieħa tal-Premju għall-Arti 2022

Kitba meħuda mill-Orizzont (Il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022) paġna numru 14.




Matul s-serata ta’ għoti ta’ premjijiet f’Forti Sant’Anġlu l-Birgu, tħabbru r-rebbieħa tal-Premju għall-Arti organizzat mill-Kunsill Malti għall-Arti. Din kienet il-ħames edizzjoni tal-Premju għall-Arti, u ttellgħet wara sentejn ta’ serati virtwali minħabba l-pandemija. Għal din is-sena, il-Kunsill Malti għall-Arti rċieva aktar minn 300 sottomissjoni, li 100 minnhom għamluha għall-istadju ta’ nominazzjoni. Għal kull kategorija kien hemm tliet nominazzjonijiet li spiċċaw fil-finali, li r-rebbieħ tagħhom tħabbar matul din is-serata.

Din l-edizzjoni tal-Premju għall-Arti kellha 14-il premju, li 10 minnhom kienu kompetittivi u 3 kienu unuri, bi premju speċjali jingħata għad-diskrezzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għal kontribut straordinarju lejn l-arti u l-kultura matul is-sena, premju li ngħata għall-ewwel darba waqt din l-edizzjoni tal-Premju għall-Arti.


Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li “Ta’ kull sena, il-Premju għall-Arti jkompli jikber, wara li konna wellidna dan il-premju ħames snin ilu. Issa li qegħdin fil-ħames sena tiegħu, ninsab ħerqan biex inkompli nara l-frott ta’ dan il-proġett ikompli jimxi id f’id mal-bqija tas-settur. Permezz ta’ dan ix-xogħol kollu, aħna komplejna nibnu, komplejna nirriġeneraw, biex inkomplu nkunu settur sostenibbli, aċċessibbli, b’mod li nkomplu nsaħħu l-professjonalità fih.”


Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija huma:

L-aqwa xogħol għat-tfal u żgħażagħ

The Secret Garden tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u Lignin Stories


Artist żagħżugħ jew żagħżugħa tas-sena

Anna Calleja, bil-proġett Homebound


L-aqwa xogħol fi l-komunità.

L-Imbuljuta: A Panto in the Dark; Kitba u direzzjoni ta’ Vikesh Godhwani u Marta Vella, Produzzjoni ta’ Spazju Kreattiv b’kollaborazzjoni ma’ Teatru Malta u Esplora


Unur għall-wirt artistiku

Karnival ta’ Malta, ta’ Festivals Malta


Premju għat-tisħiħ artistiku nazzjonali

Mużika Mużika ta’ Festivals Malta


Premju għall-innovazzjoni

Zoom ta’ Tyrone Grima, Joseph Galea u Keith Chetcuti


L-aqwa kisbiet internazzjonali

The Nobodies bil-produzzjoni ta’ Chalk Line Theatre, b’kitba ta’ Amy Guyler


L-aqwa intrapriża kreattiva

Stephanie Borg


L-aqwa programm jew staġun artistiku

Spazju Kreattiv - Settembru 2020 - Awwissu 2021 Fondazzjoni Kreattività


Unur għall-promoturi kulturali

Mark Weingard


L-artist tas-sena

Brodu bl-albums Blu u Bambinella


Għażla tal-pubbliku

Ħax-Xjuħ ta’ Teatru Malta, direzzjoni ta’ Josette Ciappara u kitba ta’ Tony Cassar Darien


L-aqwa produzzjoni tas-sena

They Blew Her Up Koproduzzjoni ta’ Herman Grech u Spazju Kreattiv, Direzzjoni u kitba ta’ Herman Grech


Unur għall-karriera artistika

Tanya Bayona

bottom of page