top of page

Gvern determinat li jkompli jġib il-bidliet fil-qasam tas-saltna tad-dritt



Il-gvern diġà implimenta bidliet kbar u importanti fil-kamp tal-ġustizzja u determinat li jkompli jwettaq iktar bidliet għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u d-demokrazija.

Dan kien il-messaġġ tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici f’laqgħa li kellu dalgħodu mal-President tal-Kummissjoni ta’ Venezja Gianni Buquicchio f’Strasburgu.

Il-Ministru Bonnici u l-President Buqucchio tkellmu dwar ir-rikjesta tal-gvern Malti biex issir review b’rakkomandazzjonijiet għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u qablu li din hija opportunità pożittiva biex ikomplu jsiru bidliet għal iktar tisħiħ tas-saltna tad-dritt f’Malta.

Il-Ministru Bonnici rringrazzja lill-Kummissjoni ta’ Venezja għax-xogħol tagħha u aċċertaha mill-koperazzjoni sħiħa tal-gvern Malti, bħalma dejjem sar, fil-ħidma tagħha.

bottom of page