top of page

Wirja fi Spazju Kreattiv Found ă Mentalism II



“Dan huwa s-sabiħ tal-kultura u l-arti, it-twaħħid tal-espressjoni artistika internazzjonali f’binja minsuġa bejn it-tradizzjoni u l-modern. Huma okkażjonijiet bħal dawn li jkomplu jgħollu ’l fuq il-kwalità tal-kultura, billi nkomplu nressqu l-arti internazzjonali lejn il-poplu Malti, filwaqt li nkomplu noħolqu aktar opportunitajiet ta’ skambju artistiku għall-artisti Maltin,” qal il-Ministru għall-Ġustizzzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.

Il-Ministru Bonnici qal dan meta żar il-wirja “Found ă Mentalism II”, li ilha għaddejja mill-ewwel tax-xahar u tintemm propju għada l-Ħadd. Il-wirja qed tittella’ fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta.

B’40 artist minn 18-il pajjiż minn madwar id-dinja, l-esebizzjoni hija kollaborazzjoni mal-biennali ta’ arti kontemporanja Ostrale, ta’ Dreden, il-Ġermanja, kollaborazzjoni li żviluppat biex tiffaċilita aktar bdil ta’ artisti bbażati f’Malta u dawk f’dan il-pajjiż.

L-esebizzjoni rikka għall-aħħar hija mifruxa mal-bini kollu ta’ Spazju Kreattiv u magħmula minn arti fid-diversi forom tagħha u spirata mill-famuża Guernica ta’ Pablo Picasso.

Il-Ministru Bonnici qal li permezz ta’ esebizzjonijiet bħal dawn u wkoll permezz ta’ ftehim li sar bejn Spazju Kreattiv u Ostrale, l-arti kontemporanja Maltija se tinghata spinta ’l quddiem għaliex issa, permezz ta’ sejħa li saret kmieni din is-sena, għażla ta’ arti kontemporanja Maltija se tkun esebita fil-Ġermanja. Din l-esebizzjoni se ssir is-sena d-dieħla.

Din il-pjattaforma internazzjonali mingħajr dubju se twassal għal possibiltajiet eċitanti mhux biss għall-artist Malti imma anki għal dawk kollha li għandhom interazzjoni mal-artisti u l-arti tagħhom

bottom of page