Id-deċiżjoni korretta tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kontra d-deċiżjoni meħuda minn amministrazzjoni preċedenti fl-2010 għaċ-ċensura tal-play ‘STITCHING’ turi b’mod b’saħħtu u ċar ħafna s-sitwazzjoni li kienet teżisti fejn tidħol il-libertà tal-espressjoni artistika.
Waqt li jrid jiġi rikonoxxut li l-emendi pilotati mill-amministrazzjoni preċedenti fl-2012 kienu pass parzjali u żgħir ‘il quddiem, il-Gvern ifakkar li kien bir-riforma ħolistika u radikali li saret bis-saħħa ta’ emendi tal-2016 għall-Kodiċi Kriminali, li elenku sħiħ ta’ reati kriminali li kienu jservu ta’ xkiel effettiv tal-libertà tal-espressjoni artistika, tneħħew mil-liġijiet tagħna. Għad li l-Oppozizzjoni, lura fl-2016, kienet ikkritikat bl-aħrax partijiet tal-liġi, bis-saħħa tar-riforma li wettaq dan il-Gvern, pajjiżna huwa fuq quddiem nett fil-libertajiet li tgawdi l-komunità artistika.
Il-Gvern jisħaq li huwa kburi bil-libertajiet ċivili li ddaħħlu fl-aħħar ħames snin għal demokrazija iktar b’saħħitha.
Comments