top of page

It-titlu tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura ċċelebrat f’Firenze, l-Italja bil-wi



Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista żaru l-wirja Valletta Capitale d’Europa, fis-Sala dei Gigli f’Palazzo Vecchio, Firenze. Il-wirja li qed tiċċelebra t-titlu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura tal-Belt Valletta fl-Italja qed tesponi mapep ta’ Malta minn kollezzjoni nazzjonali u tinkludi żewġ mapep tal-Assedju l-Kbir ta’ Malta li għadhom kemm saru parti mir-Reġistru tal-Memorja Dinjija tal-UNESCO.

“Hu ċar li wirtna jattira udjenza internazzjonali u l-istrateġija tagħna tibni fuq dan. Dejjem naħdmu għal kollaborazzjonijiet internazzjonali li jħallu l-frott biex nesponu dak kollu li pajjiżna għandu x’joffri. Wirjiet ta’ dan it-tip huma opportunità biex ninkoraġġixxu u nsaħħu kollaborazzjonijiet ma’ pajjiżi fl-Ewropa u barra mill-Ewropa, filwaqt li nippromwovu l-istorja rikka ta’ pajjiżna”, qal il-Minsitru Bonnici.

“L-għan ta’ din il-wirja hu li nippreżentaw il-Kapitali Maltija bħala belt Mediterranja b’karattru Ewropew b’saħħtu. Irridu naċċenu għall-importanza strateġika tal-Belt Valletta u tal-fortifikazzjonijiet tagħha, disinjati biex ikunu konformi mal-prinċipji arkitettoniċi li kienu jelaboraw inġiniera Taljani fi żmien ir-Rinaxximent u movimenti artistiċi li twieldu bħall-Manneriżmu u bħall-Barokk”, żied Deo Debattista.

Is-CEO ta’ Heritage Malta Noel Zammit qal li, “Il-wirja Valletta Capitale d’Europa hi opportunità eċċellenti biex l-aġenzija tibni l-profil internazzjonali tagħha. Dan hu kollu parti mill-istrateġija tagħna biex nippromwovu aħjar is-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta f’suq internazzjonali usa’”.

Din hi inizjattiva konġunta bejn Heritage Malta u l-Ambaxxata Maltija f’Ruma b’kollaborazzjoni mal-Comune di Firenze taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Wirja oħra li se tagħlaq dan il-ġemellaġġ bejn il-Belt Valletta u Firenze se tittellgħa aktar tard din is-sena f’Malta bħala parti mill-programm artistiku u kulturali ta’ Heritage Malta għat-tieni nofs tal-2018.

Comentários


bottom of page