• Team Owen Bonnici

Laqgħa mal-Kummissarju Għoli tal-Ghana



Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ltaqa’ mal-Kummissarju Għoli tal-Ghana, Mrs Mercy Bamo Addo. L-għan ta’ din il-laqgħa kien biex jissaħħu r-rabtiet fis-settur Kulturali bejn il-Ghana u Malta.

Il-Ghana kien l-ewwel pajjiż mill-Afrika sub-Saħarjana li fetaħ missjoni diplomatika f’Malta, immexxija minn Kummissarju Għoli.

Waqt iż-Żjara Statali mill-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta fil-Ghana kmieni din is-sena, il-Kap Metropolitan Eżekuttiv ta’ Kumasi, propona ġemellaġġ bejn il-Belt ta’ Kumasi, il-kapitali amministrattiva ta’ Ashanti, u l-Belt Valletta. F’dan ir-rigward, ġiet ppreżentata Note Verbale mill-Kummissjoni Għolja tal-Ghana lil Malta, fis-16 ta’ Ottubru 2017, fejn qiegħed jiġi propost il-ġemellaġġ bejn iż-żewġt ibliet.

L-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta Malta – Ghana rat modi kif tissaħħaħ il-kooperazzjoni bilaterali fil-qasam tal-Kultura u t-Turiżmu billi ġew esplorati mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bl-għan li jiżdied l-iżvilupp ekonomiku u t-turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi. Il-Ghana għandha tressaq proposta għal Memorandum ta’ Qbil.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huwa ħerqan sabiex ikun hemm kollaborazzjonijiet futuri mal-Kummissarju Għoli tal-Ghana, biex jiġu żgurati modi proattivi kif il-kultura tiġi msaħħa fiż-żewġ pajjiżi.

#Ghana

  • Facebook - White Circle
  • Twitter - White Circle
 t: 2180 2000   m: 9946 5436
Owen Bonnici Logo