top of page

€180,000 moghtija lil 21 każin tal-banda biex iwettqu proġetti kulturali



Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici ppreżenta għajnuna finanzjarja lil 21 każin tal-banda li jammontaw għal total ta’ €180,000. Dan sar fuq inizjattiva tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali permezz ta’ proċess kompettitiv amminsitrat mill-Kunsill Malti għall-Arti, f’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Baned Maltin, li minnu ntagħżlu 21 soċjeta mużikali.

Il-Ministru Bonnici tenna kif il-każini tal-baned huma għaqdiet volontarji li jħaddnu rwol importanti fil-kommunitajiet tagħna kemm permezz tat-tagħlim tal-mużika li joffru kif ukoll permezz tal-valur artistiku mizjud li li tant isebbah l-irħula u l-komunitajiet taghna. Huwa għalhekk li nħass il-bżonn li l-kazini tal-baned jingħatu għajnuna finanzarja.

Il-Ministru Bonnici spjega ukoll kif din l-għajnuna finanzjarja se ssarraf fi żviluppi fis-soċjetajiet mużikali li jvarjaw minn restawr ta’ armar, pitturi u mużika kif ukoll titjib fis-servizz tat-tagħlim tal-muzika. Dan kollu se jsir bl-iskop li l-każini tal-baned ikunu jistgħu jkomplu jikkontribwixxu lejn il-kultura u l-wirt kulturali ta’ pajjiżna.

Is-soċjetajiet li se jibbenefikaw minn din l-iskema huma: Banda l-Unjoni Luqa, Banda Santa Katerina Żurrieq, Banda La Vittorja Mellieħa, Banda Re Ġorġ V Mqabba, Banda Peace Naxxar, Każin San Gabriel Balzan, Banda Żejtun, Sant’ Elena Band Club Birkirkara, Banda San Ġużepp Għaxaq, Banda Sant’ Anna Marsascala, Banda Stella Maris Sliema, Banda Birzebbuga Birzebbuga, Banda Madonna tal-Ġilju Mqabba, Banda Sta Marija Għaxaq, La Stella Victoria Għawdex, Banda San Leonardo Kirkop, Banda San Lawrenz Birgu, Għaqda Mużikali L’ Isle Adam Rabat, Banda Victory Naxxar u Banda Sta Maria Zebbug Għawdex.

تعليقات


bottom of page