top of page

Żewġ skemi ġodda se jgħinu lill-baned Maltin - Owen Bonnici jiltaqa’ ma’ rappreżentanti u jitkellmu



Diversi rappreżentanti tal-każini tal-baned illum iltaqgħu ma’ Owen Bonnici. Dan bil-għan li jifmhu aħjar żewġ skemi ġodda ta’ fondi li l-Kunsill Malti għall-Arti, id f’id mal-Assoċjazzjoni tal-Każini Maltin, qed iniedu.

Kemm hu sabiħ li wieħed ikun jista’ jwettaq miżuri li permezz tagħhom baned maltin jibqħu ħajjin.

Infatti waħda mill-iskemi se tkun iffokata fuq id-diġitizzazzjoni ta' manuskritti tal-mużika li għandhom il-każini. Dan biex il-kultura Maltija u l-wirt li għandhom dawn il-każini ma jintilifx.

Dawn il-baned huma parti importanti ħafna mit-tessut kulturali Malti, u Owen Bonnici tenna kemm huwa kbura li permezz ta’ ħidma b’impenn, dawn qed jingħataw għajnuna.

Comments


bottom of page