top of page

Is-sitt edizzjoni tal-Beland Music Festival...Smokie u Ira Losco fost it-talenti!



Owen Bonnici nieda s-sitt edizzjoni tal-Beland Music Festival. Dan l-ispettaklu miftuħ għall-pubbliku b'xejn se jisir bejn il-5 u t-8 ta' Lulju li ġej. Il-festival se jsir bl-għajnuna tal-Arts Council u bis-saħħa tal-Cultural Partnership Agreement.

Kollox beda meta l-banda Beland iċċelebrat il-150 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Illum-il ġurnata s-suċċess tal-festival huwa spjegat mill-attendenza kbira li qed ikollu kull sena.

It-tnedija tal-festival ta’ din is-sena saret fl-istabiliment Hard Rock f'Paceville. L-ispettaklu jsir fiz-zona industrija ta’ Bulebel fiż-Żejtun.

Fost artisti kbar, se jkun hemm il-grupp Ewropew Alphaville, Chris Norman mill-grupp Smokie u Ira Losco. Se tkun l-ewwel darba li ġew mistiedna żewġ artisti oriġinali barranin. B’kollox se jkun hemm 12 ‘live acts’…garanzija ta’ spettaklu mill-aqwa f’nofs is-sajf Malti.



bottom of page