top of page

Żjara liż-Żejtun Corinthians...74 sena ta' storja!




Ilbieraħ filgħaxija Owen Bonnici żar liż-Żejtun Corinthians. Innota meta kien hemm li dan mhux biss tim tal-futbol imma opportunità biex l-isportivi tar-raħal jiltaqgħu u jaqsmu l-aspirazzjonijiet tagħhom flimkien. Huwa tim li ilu mwaqqaf mill-1943…jiġifieri 74 sena! Minn jaf kemm Żwieten ra dan il-klabb; ġenerazzjonijiet li lkoll riedu jistinkaw biex jirrappreżentaw lir-raħal tagħhom bl-aħjar li jistgħu. Kienet esperjenza sabiħa għal Owen, li żewġet l-imħabba kemm lejn raħal twelidu kif ukoll lejn il-futbol.

bottom of page