top of page

Mil-lum, il-Belt Valletta ssir kalamita għall-artisti internazzjonali



Tnediet it-tielet edizzjoni ta’ VIVA – il-Valletta International Arts Festival. Dan huwa festival li beda bil-ħsieb li jwassal messaġġ b’arti viżiva, u li llum espanda sew. Waqt konferenza tal-aħbarijiet, iċ-chairman ta’ VIVA Rupert Cefai spjega li għall-festival ta’ dis-sena, qed jikkontribwixxu 16-il artist minn 8 pajjiżi differenti.

Il-Ministru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici fisser il-festival bħala proġett li qed jimla l-vojt li kien ilu jinħass għal ġenerazzjonijiet sħaħ fis-settur.

Il-Festival jibda llum u jintemm fit-30 ta’ Mejju. Għal aktar dettalji wiehed jista’ jżur is-sit elettroniku www.viva.org.mt jew iċempel fuq 21223200.

bottom of page