top of page

‘The Good Ship Murder’ jirritorna Malta għat-tielet staġun



 

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech, għamel żjara fuq is-sett ta’ produzzjoni ċinematika, bl-isem ta’ ‘The Good Ship Murder 3’, produzzjoni Ingliża li bħalissa qed tinħadem f’Malta.

 

Din il-produzzjoni, li għandha baġit ta’ aktar minn €6 miljun, qed tikkontribwixxi b’mod b’saħħtu għall-industrija lokali tal-films, b’aktar Maltin jaħdmu fil-films f’pajjiżna.

 

Il-ġbid ta’ dan il-film f’pajjiżna huwa maqsum fuq iktar minn xahar u inkluda postijiet bħall-Belt Valletta, il-Mellieħa u l-Birgu.

 

Id-direttur tal-film, Steven Hughes, mhux l-ewwel darba li qed jiffilmja f’Malta iżda fl-istess waqt il-kumpanija tal-produzzjoni qed tiffilmja f’Malta għat-tielet staġun konsekuttiv, bil-kumpanija saħansitra ġġib produzzjoni oħra apparti din.

 

L-industrija tal-films qed tkompli ssaħħaħ il-profil ta’ Malta internazzjonalment u qed tkompli toħloq aktar opportunitajiet għall-Maltin u l-Għawdxin.

 

 




 


 


 


 

Comments


bottom of page